Navigazzjoni
RĠPD (GDPR) > Artikolu 85. Ipproċessar u libertà ta' espressjoni u ta' informazzjoni
Download PDF

Artikolu 85 RĠPD (GDPR). Ipproċessar u libertà ta' espressjoni u ta' informazzjoni

Article 85 GDPR. Processing and freedom of expression and information

1. L-Istati Membri għandhom jirrikonċiljaw skont il-liġi d-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali skont dan ir-Regolament mad-dritt għal-libertà ta’ espressjoni u ta’ informazzjoni, inkluż l-ipproċessar għal finijiet ġurnalistiċi u l-finijiet ta’ espressjoni akkademika, artistika jew letterarja.

1. Member States shall by law reconcile the right to the protection of personal data pursuant to this Regulation with the right to freedom of expression and information, including processing for journalistic purposes and the purposes of academic, artistic or literary expression.

2. Għall-ipproċessar li jsir għal finijiet ġurnalistiċi jew għall-fini ta’ espressjoni akkademika artistika jew dik letterarja, l-Istati Membri għandhom jipprevedu eżenzjonijiet jew derogi mill-Kapitolu II (prinċipji), il-Kapitolu III (drittijiet tas-suġġett tad-data), il-Kapitolu IV (kontrollur u proċessur), il-Kapitolu V (trasferiment tad-data personali lil pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali), il-Kapitolu VI (awtoritajiet superviżorji indipendenti), il-Kapitolu VII (kooperazzjoni u konsistenza) u l-Kapitolu IX (sitwazzjonijiet speċifiċi ta’ pproċessar tad-data) jekk dawn jinħtieġu għal rikonċiljazzjoni tad-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali mal-libertà ta’ espressjoni u ta’ informazzjoni.

2. For processing carried out for journalistic purposes or the purpose of academic artistic or literary expression, Member States shall provide for exemptions or derogations from Chapter II (principles), Chapter III (rights of the data subject), Chapter IV (controller and processor), Chapter V (transfer of personal data to third countries or international organisations), Chapter VI (independent supervisory authorities), Chapter VII (cooperation and consistency) and Chapter IX (specific data processing situations) if they are necessary to reconcile the right to the protection of personal data with the freedom of expression and information.

3. Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar id-dispożizzjonijiet tal-liġi tiegħu li jkun adotta skont il-paragrafu 2 u, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe liġi ta’ emenda jew emenda sussegwenti li taffettwahom.

3. Each Member State shall notify to the Commission the provisions of its law which it has adopted pursuant to paragraph 2 and, without delay, any subsequent amendment law or amendment affecting them.

Premessi Linji ta 'Gwida & Ġurisprudenza Ħalli kumment
Premessi

(153) Il-liġi fl-Istati Membri għandha tirrikonċilja r-regoli li jirregolaw il-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni, inkluż l-espressjoni ġurnalistika, akkademika, artistika u/jew letterarja mad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali skont dan ir-Regolament. L-ipproċessar tad-data personali għal finijiet ġurnalistiċi biss, jew għal finijiet ta' espressjoni akkademika, artistika jew letterarja għandu jkun soġġett għal derogi jew eżenzjonijiet minn ċerti dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jekk meħtieġ biex ikun rikonċiljat id-dritt tal-protezzjoni tad-data personali, mad-dritt tal-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 11 tal-Karta. Dan għandu japplika b'mod partikolari għall-ipproċessar ta' data personali fil-qasam awdjoviżiv u fl-arkivji tal-aħbarijiet u l-libreriji tal-istampa. Għaldaqstant l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri leġiżlattivi li jistabbilixxu l-eżenzjonijiet u d-derogi meħtieġa għall-fini tal-bilanċ ta' dawk id-drittijiet fundamentali. L-Istati Membri għandhom jadottaw tali eżenzjonijiet u derogi fir-rigward ta' prinċipji ġenerali, id-drittijiet tas-suġġett tad-data, il-kontrollur u l-proċessur, it-trasferiment ta' data personali lil pajjiżi terzi jew lil organizzazzjonijiet internazzjonali, l-awtoritajiet superviżorji indipendenti, il-kooperazzjoni u l-konsistenza, u sitwazzjonijiet speċifiċi ta' pproċessar ta' data. Fejn dawn l-eżenzjonijiet jew derogi jvarjaw minn Stat Membru għall-ieħor, għandha tapplika l-liġi tal-Istat Membru li l-kontrollur huwa soġġett għaliha. Sabiex jittieħed kont tal-importanza tad-dritt tal-libertà tal-espressjoni f'kull soċjetà demokratika, huwa neċessarju li jiġu interpretati kunċetti relatati b'mod wiesa' ma' dik il-libertà, bħall-ġurnaliżmu.

(153) Member States law should reconcile the rules governing freedom of expression and information, including journalistic, academic, artistic and or literary expression with the right to the protection of personal data pursuant to this Regulation. The processing of personal data solely for journalistic purposes, or for the purposes of academic, artistic or literary expression should be subject to derogations or exemptions from certain provisions of this Regulation if necessary to reconcile the right to the protection of personal data with the right to freedom of expression and information, as enshrined in Article 11 of the Charter. This should apply in particular to the processing of personal data in the audiovisual field and in news archives and press libraries. Therefore, Member States should adopt legislative measures which lay down the exemptions and derogations necessary for the purpose of balancing those fundamental rights. Member States should adopt such exemptions and derogations on general principles, the rights of the data subject, the controller and the processor, the transfer of personal data to third countries or international organisations, the independent supervisory authorities, cooperation and consistency, and specific data-processing situations. Where such exemptions or derogations differ from one Member State to another, the law of the Member State to which the controller is subject should apply. In order to take account of the importance of the right to freedom of expression in every democratic society, it is necessary to interpret notions relating to that freedom, such as journalism, broadly.

Linji ta 'Gwida & Ġurisprudenza Ħalli kumment
[js-disqus]