Navigazzjoni
RĠPD (GDPR) > Artikolu 50. Kooperazzjoni internazzjonali għall-protezzjoni ta' data personali
Download PDF

Artikolu 50 RĠPD (GDPR). Kooperazzjoni internazzjonali għall-protezzjoni ta' data personali

Article 50 GDPR. International cooperation for the protection of personal data

B’rabta ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet superviżorji għandhom jieħdu passi xierqa biex:

In relation to third countries and international organisations, the Commission and supervisory authorities shall take appropriate steps to:

(a) jiżviluppaw mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni internazzjonali li jiffaċilitaw l-infurzar effettiv ta’ leġiżlazzjoni għall-protezzjoni ta’ data personali;

(a) develop international cooperation mechanisms to facilitate the effective enforcement of legislation for the protection of personal data;

(b) jipprovdu assistenza reċiproka internazzjonali fl-infurzar ta’ leġiżlazzjoni għall-protezzjoni ta’ data personali, inkluż permezz ta’ notifika, riferiment ta’ lment, assistenza investigattiva u skambju ta’ informazzjoni, soġġetti għal salvagwardji xierqa għall-protezzjoni ta’ data personali u drittijiet u libertajiet fundamentali oħra;

(b) provide international mutual assistance in the enforcement of legislation for the protection of personal data, including through notification, complaint referral, investigative assistance and information exchange, subject to appropriate safeguards for the protection of personal data and other fundamental rights and freedoms;

(c) jinvolvu lil partijiet ikkonċernati rilevanti f’diskussjoni u attivitajiet bil-għan li tiżdied il-kooperazzjoni internazzjonali fl-infurzar ta’ leġiżlazzjoni għall-protezzjoni ta’ data personali;

(c) engage relevant stakeholders in discussion and activities aimed at furthering international cooperation in the enforcement of legislation for the protection of personal data;

(d) jippromwovu l-iskambju u d-dokumentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni u prattiki dwar il-protezzjoni ta’ data personali, inkluż dwar konflitti ta’ ġurisdizzjoni ma’ pajjiżi terzi.

(d) promote the exchange and documentation of personal data protection legislation and practice, including on jurisdictional conflicts with third countries.

Premessi Linji ta 'Gwida & Ġurisprudenza Ħalli kumment
Premessi

(116) Meta d-data personali tiġi trasferita b'mod transkonfinali barra mill-Unjoni, hija tista' tpoġġi f'riskju akbar il-ħila tal-persuni fiżiċi li jeżerċitaw id-drittijiet ta' protezzjoni tad-data b'mod partikolari sabiex jipproteġu lilhom infushom mill-użu jew l-iżvelar illegali ta' dik l-informazzjoni. Fl-istess ħin, l-awtoritajiet superviżorji jistgħu jsibu li ma jistgħux isegwu l-ilmenti jew iwettqu investigazzjonijiet relatati mal-attivitajiet barra l-fruntieri tagħhom. L-isforzi tagħhom sabiex jaħdmu flimkien fil-kuntest transkonfinali jistgħu jkunu mxekkla wkoll minn nuqqas ta' setgħat preventivi jew ta' rimedju, sistemi legali inkonsistenti, u ostakoli prattiċi bħal restrizzjonijiet ta' riżorsi. Għaldaqstant, jeħtieġ li tiġi promossa kooperazzjoni akbar mill-qrib fost l-awtoritajiet superviżorji għall-protezzjoni tad-data sabiex tgħinhom fl-iskambju ta' informazzjoni u fit-twettiq ta' investigazzjonijiet mal-kontropartijiet internazzjonali tagħhom. Għall-għanijiet tal-iżvilupp ta' mekkaniżmi ta' kooperazzjoni internazzjonali biex tiġi ffaċilitata u pprovduta assistenza reċiproka internazzjonali għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni għall-protezzjoni tad-data personali, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet superviżorji għandhom jiskambjaw informazzjoni u jikkooperaw f'attivitajiet relatati mal-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom mal-awtoritajiet kompetenti f'pajjiżi terzi, abbażi tar-reċiproċità u f'konformità ma' dan ir-Regolament.

(116) When personal data moves across borders outside the Union it may put at increased risk the ability of natural persons to exercise data protection rights in particular to protect themselves from the unlawful use or disclosure of that information. At the same time, supervisory authorities may find that they are unable to pursue complaints or conduct investigations relating to the activities outside their borders. Their efforts to work together in the cross-border context may also be hampered by insufficient preventative or remedial powers, inconsistent legal regimes, and practical obstacles like resource constraints. Therefore, there is a need to promote closer cooperation among data protection supervisory authorities to help them exchange information and carry out investigations with their international counterparts. For the purposes of developing international cooperation mechanisms to facilitate and provide international mutual assistance for the enforcement of legislation for the protection of personal data, the Commission and the supervisory authorities should exchange information and cooperate in activities related to the exercise of their powers with competent authorities in third countries, based on reciprocity and in accordance with this Regulation.

Linji ta 'Gwida & Ġurisprudenza Ħalli kumment
[js-disqus]