Navigazzjoni
RĠPD (GDPR) > Premessa 146
Download PDF

Premessa 146

Recital 146

(146) Il-kontrollur jew il-proċessur għandu jikkumpensa għal kwalunkwe dannu li tista’ ssofri persuna b’riżultat ta’ pproċessar li jikser dan ir-Regolament.

Il-kontrollur jew il-proċessur għandu jiġi eżentat mir-responsabbiltà jekk iġib provi li huwa mhuwiex responsabbli bl-ebda mod għad-dannu.

Il-kunċett ta’ dannu għandu jiġi interpretat b’mod wiesa’ fid-dawl tal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja b’mod li jissodisfa b’mod sħiħ l-objettivi ta’ dan ir-Regolament.

Dan huwa mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe talba għal kumpens għal danni li tirriżulta minn ksur ta’ regoli oħra fil-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru.

L-ipproċessar li jikser dan ir-Regolament jinkludi wkoll l-ipproċessar li ma jkunx f’konformità mal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati f’konformità ma’ dan ir-Regolament u l-liġi tal-Istat Membru li jispeċifikaw ir-regoli ta’ dan ir-Regolament.

Is-suġġetti tad-data għandhom jirċievu kumpens sħiħ u effettiv għad-dannu li jkunu ġarrbu.

Fejn il-kontrolluri jew il-proċessuri jiġu involuti fl-istess ipproċessar, kull kontrollur jew proċessur għandu jkun responsabbli għad-dannu kollu.

Madankollu, fejn ikunu magħquda fl-istess proċedimenti ġudizzjarji, f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru, il-kumpens jista’ jitqassam skont ir-responsabbiltà ta’ kull kontrollur jew proċessur għad-dannu kkawżat mill-ipproċessar, dment li jiġi żgurat il-kumpens sħiħ u effettiv tas-suġġett tad-data li ġarrab id-dannu.

Kwalunkwe kontrollur jew proċessur li jkun ħallas kumpens sħiħ sussegwentement jista’ jibda proċedimenti ta’ rikors kontra kontrolluri jew proċessuri oħra involuti fl-istess ipproċessar.

(146) The controller or processor should compensate any damage which a person may suffer as a result of processing that infringes this Regulation.

The controller or processor should be exempt from liability if it proves that it is not in any way responsible for the damage.

The concept of damage should be broadly interpreted in the light of the case-law of the Court of Justice in a manner which fully reflects the objectives of this Regulation.

This is without prejudice to any claims for damage deriving from the violation of other rules in Union or Member State law.

Processing that infringes this Regulation also includes processing that infringes delegated and implementing acts adopted in accordance with this Regulation and Member State law specifying rules of this Regulation.

Data subjects should receive full and effective compensation for the damage they have suffered.

Where controllers or processors are involved in the same processing, each controller or processor should be held liable for the entire damage.

However, where they are joined to the same judicial proceedings, in accordance with Member State law, compensation may be apportioned according to the responsibility of each controller or processor for the damage caused by the processing, provided that full and effective compensation of the data subject who suffered the damage is ensured.

Any controller or processor which has paid full compensation may subsequently institute recourse proceedings against other controllers or processors involved in the same processing.