Navigazzjoni
RĠPD (GDPR) > Premessa 101
Download PDF

Premessa 101

Recital 101

(101) Il-flussi ta’ data personali lejn pajjiżi barra mill-Unjoni u organizzazzjonijiet internazzjonali u viċe versa huma meħtieġa għall-espansjoni tal-kummerċ internazzjonali u l-kooperazzjoni internazzjonali.

Iż-żieda f’tali flussi qajmet sfidi u tħassib ġodda fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali.

Madankollu, meta d-data personali tkun trasferita mill-Unjoni lil kontrolluri, proċessuri jew destinatarji oħra f’pajjiżi terzi jew lil organizzazzjonijiet internazzjonali, il-livell ta’ protezzjoni tal-persuni fiżiċi żġurata fl-Unjoni minn dan ir-Regolament m’għandux jiddgħajjef, inkluż f’każijiet ta’ trasferimenti ulterjuri ta’ data personali mill-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali lil kontrolluri, proċessuri fl-istess pajjiż terz jew ieħor jew organizzazzjoni internazzjonali oħra.

Fi kwalunkwe każ, it-trasferimenti għal pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu jsiru biss f’konformità sħiħa ma’ dan ir-Regolament.

Trasferiment jista’ jseħħ biss jekk, soġġett għal dispożizzjonijiet oħrajn ta’ dan ir-Regolament, il-kontrollur jew il-proċessur jikkonforma mal-kondizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament relatati mat-trasferiment ta’ data personali lejn pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali.

(101) Flows of personal data to and from countries outside the Union and international organisations are necessary for the expansion of international trade and international cooperation.

The increase in such flows has raised new challenges and concerns with regard to the protection of personal data.

However, when personal data are transferred from the Union to controllers, processors or other recipients in third countries or to international organisations, the level of protection of natural persons ensured in the Union by this Regulation should not be undermined, including in cases of onward transfers of personal data from the third country or international organisation to controllers, processors in the same or another third country or international organisation.

In any event, transfers to third countries and international organisations may only be carried out in full compliance with this Regulation.

A transfer could take place only if, subject to the other provisions of this Regulation, the conditions laid down in the provisions of this Regulation relating to the transfer of personal data to third countries or international organisations are complied with by the controller or processor.