Navigazzjoni
RĠPD (GDPR) > Premessa 156
Download PDF

Premessa 156

Recital 156

(156) L-ipproċessar ta’ data personali għal finijiet ta’ arkivjar fl-interess pubbliku, għal finijiet ta’ riċerka xjentifika jew storika jew għal finijiet ta’ statistika għandu jkun soġġett għal salvagwardji xierqa għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data skont dan ir-Regolament.

Dawk is-salvagwardji għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ il-miżuri tekniċi u ta’ organizzazzjoni sabiex jiġi żgurat, b’mod partikolari, il-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-data.

L-ipproċessar ulterjuri ta’ data personali għal finijiet ta’ arkivjar fl-interess pubbliku, għal finijiet ta’ riċerka xjentifika jew storika jew għal finijiet ta’ statistika għandu jitwettaq fejn il-kontrollur ikun evalwa l-fattibbiltà li jissodisfa dawk il-finijiet bl-ipproċessar ta’ data personali li ma jippermettux jew ma jibqgħux jippermettu l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-data, dment li jeżistu salvagwardji xierqa (bħal, pereżempju, il-psewdonimizzazzjoni tad-data).

L-Istati Membri għandhom jipprevedu salvagwardji xierqa għall-ipproċessar ta’ data personali għal finijiet ta’ arkivjar fl-interess pubbliku, għal finijiet ta’ riċerka xjentifika jew storika jew għal finijiet ta’ statistika.

L-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati jipprovdu, taħt kundizzjonijiet speċifiċi u soġġetti għal salvagwardji xierqa għas-suġġetti tad-data, speċifikazzjonijiet u derogi fir-rigward ta’ rekwiżiti ta’ informazzjoni u drittijiet għar-rettifika, jew għat-tħassir,, li jintesew, għar-restrizzjoni tal-ipproċessar, ta’ portabbiltà tad-data, u għall-oġġezzjoni meta tkun qed tiġi pproċessata data personali għal finijiet ta’ arkivjar fl-interess pubbliku, għal finijiet ta’ riċerka xjentifika jew storika jew għal finijiet ta’ statistika.

Il-kundizzjonijiet u s-salvagwardji inkwistjoni jistgħu jinvolvu proċeduri speċifiċi għas-suġġetti tad-data biex jeżerċitaw dawk id-drittijiet jekk dan ikun xieraq fid-dawl tal-finijiet imfittxija mill-ipproċessar speċifiku flimkien ma’ miżuri tekniċi u organizzattivi mmirati biex jimminimizzaw l-ipproċessar tad-data personali skont il-prinċipji ta’ proporzjonalità u neċessità.

L-ipproċessar ta’ data personali għal finijiet xjentifiċi għandu jikkonforma wkoll ma’ leġiżlazzjoni rilevanti oħra bħal provi kliniċi.

(156) The processing of personal data for archiving purposes in the public interest, scientific or historical research purposes or statistical purposes should be subject to appropriate safeguards for the rights and freedoms of the data subject pursuant to this Regulation.

Those safeguards should ensure that technical and organisational measures are in place in order to ensure, in particular, the principle of data minimisation.

The further processing of personal data for archiving purposes in the public interest, scientific or historical research purposes or statistical purposes is to be carried out when the controller has assessed the feasibility to fulfil those purposes by processing data which do not permit or no longer permit the identification of data subjects, provided that appropriate safeguards exist (such as, for instance, pseudonymisation of the data).

Member States should provide for appropriate safeguards for the processing of personal data for archiving purposes in the public interest, scientific or historical research purposes or statistical purposes.

Member States should be authorised to provide, under specific conditions and subject to appropriate safeguards for data subjects, specifications and derogations with regard to the information requirements and rights to rectification, to erasure, to be forgotten, to restriction of processing, to data portability, and to object when processing personal data for archiving purposes in the public interest, scientific or historical research purposes or statistical purposes.

The conditions and safeguards in question may entail specific procedures for data subjects to exercise those rights if this is appropriate in the light of the purposes sought by the specific processing along with technical and organisational measures aimed at minimising the processing of personal data in pursuance of the proportionality and necessity principles.

The processing of personal data for scientific purposes should also comply with other relevant legislation such as on clinical trials.