Navigazzjoni
RĠPD (GDPR) > Premessa 130
Download PDF

Premessa 130

Recital 130

(130) Fejn l-awtorità superviżorja li quddiemha jkun tressaq l-ilment ma tkunx l-awtorità superviżorja ewlenija, l-awtorità superviżorja ewlenija għandha tikkoopera mill-qrib mal-awtorità superviżorja li quddiemha jkun tressaq l-ilment skont id-dispożizzjonijiet dwar kooperazzjoni u konsistenza, stipulati f’dan ir-Regolament.

F’dawn il-każijiet, meta l-awtorità superviżorja ewlenija tieħu miżuri maħsubin biex jipproduċu effetti legali, inkluż l-impożizzjoni ta’ multi amministrattivi, din għandha tikkunsidra bl-aktar mod sħiħ l-opinjoni tal-awtorità superviżorja li quddiemha jkun tressaq l-ilment u li għandha tibqa’ kompetenti biex twettaq kwalunkwe investigazzjoni fit-territorju tal-Istat Membru tagħha stess f’kuntatt mal-awtorità superviżorja kompetenti.

(130) Where the supervisory authority with which the complaint has been lodged is not the lead supervisory authority, the lead supervisory authority should closely cooperate with the supervisory authority with which the complaint has been lodged in accordance with the provisions on cooperation and consistency laid down in this Regulation.

In such cases, the lead supervisory authority should, when taking measures intended to produce legal effects, including the imposition of administrative fines, take utmost account of the view of the supervisory authority with which the complaint has been lodged and which should remain competent to carry out any investigation on the territory of its own Member State in liaison with the competent supervisory authority.