Navigazzjoni
RĠPD (GDPR) > Premessa 65
Download PDF

Premessa 65

Recital 65

(65) Suġġett tad-data għandu jkollu d-dritt li jkollu data personali li tirrigwardaha rettifikata u “dritt li jintnesa” fejn iż-żamma ta’ tali data tikser dan ir-Regolament jew il-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru li jkun soġġett għaliha l-kontrollur.

B’mod partikolari, suġġett tad-data għandu jkollu d-dritt li d-data personali tiegħu titħassar u ma tiġix ipproċessata aktar, fejn id-data ma tibqax meħtieġa fir-rigward tal-għanijiet li għalihom tinġabar jew inkella tiġi pproċessata, fejn suġġett tad-data jkun irtira il-kunsens tiegħu jew joġġezzjona għall-ipproċessar ta’ data personali li tirrigwardah jew inkella fejn l-ipproċessar tad-data personali tiegħu ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament.

Dak id-dritt huwa rilevanti b’mod partikolari, fejn is-suġġett tad-data jkun ta l-kunsens tiegħu meta kien tfal u, mhuwiex għal kollox konxju mir-riskji involuti fl-ipproċessar, u aktar tard ikun jixtieq ineħħi din id-data personali, b’mod speċjali fuq l-internet.

Is-suġġett tad-data għandu jkun jista’ jeżerċita dak id-dritt minkejja l-fatt li huwa m’għadux tifel jew tifla.

Madankollu, iż-żamma ulterjuri tad-data personali għandha tkun legali fejn tkun meħtieġa għall-eżerċizzju tad-dritt tal-libertà ta’ espressjoni u ta’ informazzjoni, għall-konformità ma’ obbligu legali, għat-twettiq ta’ kompitu mwettaq fl-interess tal-pubbliku jew fl-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali mogħtija lill-kontrollur, għal raġunijiet ta’ interess pubbliku fil-qasam tas-saħħa pubblika, għal finijiet ta’ arkivjar fl-interess pubbliku, għal finijiet ta’ riċerka xjentifika jew storika jew għal finijiet ta’ statistika, jew għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta’ talbiet legali.

(65) A data subject should have the right to have personal data concerning him or her rectified and a ‘right to be forgotten’ where the retention of such data infringes this Regulation or Union or Member State law to which the controller is subject.

In particular, a data subject should have the right to have his or her personal data erased and no longer processed where the personal data are no longer necessary in relation to the purposes for which they are collected or otherwise processed, where a data subject has withdrawn his or her consent or objects to the processing of personal data concerning him or her, or where the processing of his or her personal data does not otherwise comply with this Regulation.

That right is relevant in particular where the data subject has given his or her consent as a child and is not fully aware of the risks involved by the processing, and later wants to remove such personal data, especially on the internet.

The data subject should be able to exercise that right notwithstanding the fact that he or she is no longer a child.

However, the further retention of the personal data should be lawful where it is necessary, for exercising the right of freedom of expression and information, for compliance with a legal obligation, for the performance of a task carried out in the public interest or in the exercise of official authority vested in the controller, on the grounds of public interest in the area of public health, for archiving purposes in the public interest, scientific or historical research purposes or statistical purposes, or for the establishment, exercise or defence of legal claims.