Navigazzjoni
RĠPD (GDPR) > Premessa 52
Download PDF

Premessa 52

Recital 52

(52) Id-deroga mill-projbizzjoni dwar l-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ data personali għandha tkun permessa wkoll meta tkun prevista fil-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru u soġġett għal salvagwardji adatti, sabiex jiġu protetti d-data personali u drittijiet fundamentali oħra, fejn ikun fl-interess pubbliku li jsir hekk, b’mod partikolari l-ipproċessar ta’ data personali fil-qasam tal-liġi tal-impjiegi, il-liġi tal-protezzjoni soċjali, inkluż il-pensjonijiet u għas-sigurtà tas-saħħa, għal finijiet ta’ monitoraġġ u twissija, prevenzjoni u kontroll ta’ mard li jittieħed u ta’ theddid serju ieħor għas-saħħa.

Tali deroga tista’ ssir għal finijiet ta’ saħħa, inkluża s-saħħa pubblika u l-ġestjoni tas-servizzi tal-kura tas-saħħa, speċjalment sabiex tkun żgurata l-kwalità u l-kosteffettività tal-proċeduri użati għat-tpaċija ta’ talbiet għal benefiċċji u servizzi fis-sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa, jew għal finijiet ta’ arkivjar fl-interess pubbliku, għal finijiet ta’ riċerka xjentifika jew storika jew għal finijiet ta’ statistika.

Id-deroga għandha tippermetti wkoll l-ipproċessar ta’ tali data personali fejn dan ikun meħtieġ għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta’ talbiet legali, kemm jekk fi proċedimenti ġudizzjarji kif ukoll jekk fi proċedura amministrattiva jew extraġudizzjarja.

(52) Derogating from the prohibition on processing special categories of personal data should also be allowed when provided for in Union or Member State law and subject to suitable safeguards, so as to protect personal data and other fundamental rights, where it is in the public interest to do so, in particular processing personal data in the field of employment law, social protection law including pensions and for health security, monitoring and alert purposes, the prevention or control of communicable diseases and other serious threats to health.

Such a derogation may be made for health purposes, including public health and the management of health-care services, especially in order to ensure the quality and cost-effectiveness of the procedures used for settling claims for benefits and services in the health insurance system, or for archiving purposes in the public interest, scientific or historical research purposes or statistical purposes.

A derogation should also allow the processing of such personal data where necessary for the establishment, exercise or defence of legal claims, whether in court proceedings or in an administrative or out-of-court procedure.