Navigazzjoni
RĠPD (GDPR) > Premessa 157
Download PDF

Premessa 157

Recital 157

(157) Bl-abbinar ta’ informazzjoni minn reġistri, ir-riċerkaturi jistgħu jiksbu għarfien ġdid ta’ valur kbir fir-rigward ta’ kundizzjonijiet mediċi mifruxin bħal mard kardjovaskulari, il-kanċer u d-dipressjoni.

Fuq il-bażi ta’ reġistri, ir-riżultati tar-riċerka jistgħu jissaħħew, peress li huma jibbażaw fuq popolazzjoni akbar.

Fix-xjenza soċjali, ir-riċerka fuq il-bażi tar-reġistri tippermetti lir-riċerkaturi jiksbu l-għarfien essenzjali dwar il-korrelazzjoni fit-tul ta’ għadd ta’ kundizzjonijiet soċjali bħall—qgħad u l-edukazzjoni, ma’ kundizzjonijiet oħra tal-ħajja.

Ir-riżultati tar-riċerka miksuba permezz ta’ reġistri jipprovdu għarfien solidu u ta’ kwalità għolja, li jistgħu jservu ta’ bażi għall-formulazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ politika bbażata fuq l-għarfien, itejbu l-kwalità tal-ħajja għal għadd ta’ persuni, u jtejbu l-effiċjenza tas-servizzi soċjali.

Sabiex jiffaċilita r-riċerka xjentifika, id-data personali tista’ tiġi pproċessata għal finijiet ta’ riċerka xjentifika soġġett għal kundizzjonijiet xierqa u s-salvagwardji stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni jew fil-liġi tal-Istat Membru.

(157) By coupling information from registries, researchers can obtain new knowledge of great value with regard to widespread medical conditions such as cardiovascular disease, cancer and depression.

On the basis of registries, research results can be enhanced, as they draw on a larger population.

Within social science, research on the basis of registries enables researchers to obtain essential knowledge about the long-term correlation of a number of social conditions such as unemployment and education with other life conditions.

Research results obtained through registries provide solid, high-quality knowledge which can provide the basis for the formulation and implementation of knowledge-based policy, improve the quality of life for a number of people and improve the efficiency of social services.

In order to facilitate scientific research, personal data can be processed for scientific research purposes, subject to appropriate conditions and safeguards set out in Union or Member State law.