Navigazzjoni
RĠPD (GDPR) > Premessa 124
Download PDF

Premessa 124

Recital 124

(124) Fejn l-ipproċessar ta’ data personali jsir fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ stabbiliment ta’ kontrollur jew proċessur fl-Unjoni u l-kontrollur jew il-proċessur ikun stabbilit f’iktar minn Stat Membru wieħed, jew fejn l-ipproċessar isir fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ stabbiliment uniku ta’ kontrollur jew proċessur fl-Unjoni, u dan jaffettwa b’mod sostanzjali lil suġġetti tad-data f’aktar minn Stat Membru wieħed, jew x’aktarx li ser jaffettwawhom b’mod sostanzjali, l-awtorità superviżorja għall-istabbiliment ewlieni tal-kontrollur jew il-proċessur jew għall-istabbiliment uniku tal-kontrollur jew il-proċessur għandha taġixxi bħala awtorità ewlenija.

Hija għandha tikkoopera mal-awtoritajiet l-oħrajn ikkonċernati, peress li l-kontrollur jew proċessur ikollu stabbiliment fit-territorju tal-Istat Membru tagħhom, peress li s-suġġetti tad-data jkunu residenti fit-territorju tagħhom ikunu affettwati b’mod sostanzjali, jew peress li jkun sar ilment lilhom.

Anke fejn isuġġett tad-data li ma jkunx residenti f’dak l-Istat Membru ikun ressaq ilment, l-awtorità superviżorja li quddiemha jkun tressaq dan l-ilment għandha wkoll tkun awtorità superviżorja kkonċernata.

Fl-ambitu tal-kompiti tiegħu li joħroġ linji gwida dwar kwalunkwe kwistjoni li tkopri l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Bord għandu jkun jista’ joħroġ linji gwida b’mod partikolari dwar il-kriterji li għandhom jitqiesu sabiex jiġi ddeterminat jekk l-ipproċessar inkwistjoni jaffettwax b’mod sostanzjali lil suġġetti tad-data f’aktar minn Stat Membru wieħed u dwar x’jikkostitwixxi oġġezzjoni rilevanti u motivata.

(124) Where the processing of personal data takes place in the context of the activities of an establishment of a controller or a processor in the Union and the controller or processor is established in more than one Member State, or where processing taking place in the context of the activities of a single establishment of a controller or processor in the Union substantially affects or is likely to substantially affect data subjects in more than one Member State, the supervisory authority for the main establishment of the controller or processor or for the single establishment of the controller or processor should act as lead authority.

It should cooperate with the other authorities concerned, because the controller or processor has an establishment on the territory of their Member State, because data subjects residing on their territory are substantially affected, or because a complaint has been lodged with them.

Also where a data subject not residing in that Member State has lodged a complaint, the supervisory authority with which such complaint has been lodged should also be a supervisory authority concerned.

Within its tasks to issue guidelines on any question covering the application of this Regulation, the Board should be able to issue guidelines in particular on the criteria to be taken into account in order to ascertain whether the processing in question substantially affects data subjects in more than one Member State and on what constitutes a relevant and reasoned objection.