Navigazzjoni
RĠPD (GDPR) > Premessa 113
Download PDF

Premessa 113

Recital 113

(113) It-trasferimenti li jistgħu jiġu kkwalifikati bħala mhux ripetittivi u li jikkonċernaw biss għadd limitat ta’ suġġetti tad-data, jistgħu jkunu possibbli għall-għanijiet tal-interessi leġittimi konvinċenti segwiti mill-kontrollur, meta dawk l-interessi ma jkunux megħluba mill-interessi jew id-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data u meta l-kontrollur ikun ivvaluta ċ-ċirkostanzi kollha madwar it-trasferiment tad-data.

Il-kontrollur għandu jagħti konsiderazzjoni partikolari lin-natura tad-data personali, l-għan u t-tul tal-operazzjoni jew tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar proposti, kif ukoll lis-sitwazzjoni fil-pajjiż ta’ oriġini, il-pajjiż terz u l-pajjiż tad-destinazzjoni finali, u għandu jipprovdi salvagwardji xierqa ppreżentati biex jipproteġu d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali tagħhom.

Tali trasferimenti għandhom ikunu possibbli biss f’każijiet residwi fejn l-ebda waħda mir-raġunijiet l-oħra għal trasferiment ma tapplika.

Għall-finijiet ta’ riċerka xjentifika jew storika jew finijiet ta’ statistika, għandu jittieħed kont tal-aspettattivi leġittimi tas-soċjetà għal żieda fl-għarfien.

Il-kontrollur għandu jinforma lill-awtorità superviżorja u s-suġġett tad-data bit-trasferiment.

(113) Transfers which can be qualified as not repetitive and that only concern a limited number of data subjects, could also be possible for the purposes of the compelling legitimate interests pursued by the controller, when those interests are not overridden by the interests or rights and freedoms of the data subject and when the controller has assessed all the circumstances surrounding the data transfer.

The controller should give particular consideration to the nature of the personal data, the purpose and duration of the proposed processing operation or operations, as well as the situation in the country of origin, the third country and the country of final destination, and should provide suitable safeguards to protect fundamental rights and freedoms of natural persons with regard to the processing of their personal data.

Such transfers should be possible only in residual cases where none of the other grounds for transfer are applicable.

For scientific or historical research purposes or statistical purposes, the legitimate expectations of society for an increase of knowledge should be taken into consideration.

The controller should inform the supervisory authority and the data subject about the transfer.