Navigazzjoni
RĠPD (GDPR) > Premessa 109
Download PDF

Premessa 109

Recital 109

(109) Il-possibbiltà għall-kontrollur jew għall-proċessur li juża klawżoli standard dwar il-protezzjoni tad-data adottati mill-Kummissjoni jew minn awtorità superviżorja la għandha tipprevjeni l-kontrolluri jew il-proċessuri milli jinkludu l-klawżoli standard dwar il-protezzjoni tad-data f’kuntratt usa’, bħal kuntratt bejn il-proċessur u proċessur ieħor, u lanqas ma għandha tipprevjenihom milli jżidu klawżoli oħrajn jew salvagwardji addizzjonali sakemm ma jikkontradixxux, b’mod dirett jew indirett, il-klawżoli kuntrattwali standard adottati mill-Kummissjoni jew minn awtorità superviżorja jew jippreġudikaw id-drittijiet jew il-libertajiet fundamentali tas-suġġetti tad-data.

Il-kontrolluri u l-proċessuri għandhom jiġu mħeġġa jipprovdu salvagwardji addizzjonali permezz ta’ impenji kuntrattwali li jissupplimentaw il-klawżoli ta’ protezzjoni standard.

(109) The possibility for the controller or processor to use standard data-protection clauses adopted by the Commission or by a supervisory authority should prevent controllers or processors neither from including the standard data-protection clauses in a wider contract, such as a contract between the processor and another processor, nor from adding other clauses or additional safeguards provided that they do not contradict, directly or indirectly, the standard contractual clauses adopted by the Commission or by a supervisory authority or prejudice the fundamental rights or freedoms of the data subjects.

Controllers and processors should be encouraged to provide additional safeguards via contractual commitments that supplement standard protection clauses.