Navigazzjoni
RĠPD (GDPR) > Premessa 83
Download PDF

Premessa 83

Recital 83

(83) Sabiex iżomm is-sigurtà u jipprevjeni l-ipproċessar li jikser dan ir-Regolament, il-kontrollur jew il-proċessur għandu jevalwa r-riskji inerenti fl-ipproċessar u jimplimenta miżuri sabiex itaffi dawk ir-riskji, bħall-kriptaġġ.

Dawn il-miżuri għandhom jiżguraw livell adatt ta’ sigurtà, inkluża kunfidenzjalità, filwaqt li jikkunsidraw l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku u l-ispejjeż tal-implimentazzjoni b’rabta mar-riskji u n-natura tad-data personali li għandha tkun protetta.

Fil-valutazzjoni tar-riskju tas-sigurtà tad-data, għandha tingħata konsiderazzjoni lir-riskji li huma ppreżentati mill-ipproċessar tad-data personali, bħall-qerda, telf, bidla, żvelar mhux awtorizzat ta’, jew aċċess għal data personali trażmessa, maħżuna jew ipproċessata b’xi mod ieħor, li jkun aċċidentali jew illegali, li jista’ b’mod partikolari jwassal għal dannu fiżika, materjali jew mhux materjali.

(83) In order to maintain security and to prevent processing in infringement of this Regulation, the controller or processor should evaluate the risks inherent in the processing and implement measures to mitigate those risks, such as encryption.

Those measures should ensure an appropriate level of security, including confidentiality, taking into account the state of the art and the costs of implementation in relation to the risks and the nature of the personal data to be protected.

In assessing data security risk, consideration should be given to the risks that are presented by personal data processing, such as accidental or unlawful destruction, loss, alteration, unauthorised disclosure of, or access to, personal data transmitted, stored or otherwise processed which may in particular lead to physical, material or non-material damage.