Navigazzjoni
RĠPD (GDPR) > Premessa 84
Download PDF

Premessa 84

Recital 84

(84) Sabiex tissaħħaħ il-konformità ma’ dan ir-Regolament fejn l-attivitajiet ta’ pproċessar x’aktarx li jippreżentaw livell għoli ta’ riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi, il-kontrollur għandu jkun responsabbli għat-twettiq ta’ valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data biex jevalwa, b’mod partikolari, l-oriġini, in-natura, il-partikolarità u l-gravità ta’ dak ir-riskju.

L-eżitu tal-valutazzjoni għandu jiġi kkunsidrat meta jiġu stabbiliti l-miżuri adatti li għandhom jiġu meħuda biex jintwera li l-ipproċessar tad-data personali hu f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

Fejn valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data tindika li l-operazzjonijiet ta’ pproċessar jinvolvu riskju għoli li l-kontrollur ma jkunx jista’ jtaffi permezz ta’ miżuri xierqa f’termini tat-teknoloġija disponibbli u l-ispejjeż tal-implimentazzjoni, konsultazzjoni mal-awtorità superviżorja għandha sseħħ qabel l-ipproċessar.

(84) In order to enhance compliance with this Regulation where processing operations are likely to result in a high risk to the rights and freedoms of natural persons, the controller should be responsible for the carrying-out of a data protection impact assessment to evaluate, in particular, the origin, nature, particularity and severity of that risk.

The outcome of the assessment should be taken into account when determining the appropriate measures to be taken in order to demonstrate that the processing of personal data complies with this Regulation.

Where a data-protection impact assessment indicates that processing operations involve a high risk which the controller cannot mitigate by appropriate measures in terms of available technology and costs of implementation, a consultation of the supervisory authority should take place prior to the processing.