Navigazzjoni
RĠPD (GDPR) > Premessa 59
Download PDF

Premessa 59

Recital 59

(59) Għandhom jiġu pprovduti modalitajiet biex jiffaċilitaw l-eżerċizzju mis-suġġett tad-data tad-drittijiet tiegħu taħt dan ir-Regolament, inklużi mekkaniżmi sabiex jintalab u jekk applikabbli, jinkiseb, bla ħlas, b’mod partikolari, l-aċċess għal u r-rettifika jew it-tħassir ta’ data personali u l-eżerċizzju tad-dritt li joġġezzjona.

Il-kontrollur għandu jipprovdi wkoll l-mezzi biex isiru talbiet b’mod elettroniku, speċjalment fejn id-data personali tiġi pproċessata b’mezzi elettroniċi.

Il-kontrollur għandu jkun obbligat iwieġeb għal talbiet mis-suġġett tad-data mingħajr dewmien żejjed u fi żmien mhux aktar minn xahar u jagħti raġunijiet fejn il-kontrollur ma jkollux l-intenzjoni li jikkonforma ma’ kwalunkwe tali talba.

(59) Modalities should be provided for facilitating the exercise of the data subject’s rights under this Regulation, including mechanisms to request and, if applicable, obtain, free of charge, in particular, access to and rectification or erasure of personal data and the exercise of the right to object.

The controller should also provide means for requests to be made electronically, especially where personal data are processed by electronic means.

The controller should be obliged to respond to requests from the data subject without undue delay and at the latest within one month and to give reasons where the controller does not intend to comply with any such requests.