Навигация
GDPR > Artikolu 9. Ipproċessar ta' kategoriji speċjali ta' data personali
Скачать в PDF

Artikolu 9 RĠPD (GDPR). Ipproċessar ta' kategoriji speċjali ta' data personali

1. L-ipproċessar ta’ data personali, li jiżvela oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku, jew sħubija fi trade union, u l-ipproċessar ta’ data ġenetika, data bijometrika sabiex tidentifika b’mod uniku persuna fiżika, data dwar is-saħħa jew data dwar il-ħajja sesswali u l-orjentazzjoni sesswali ta’ persuna fiżika huma projbiti.

Руководство и прецедентное право Преамбулы

(51) Data personali, li min-natura tagħha, tkun partikolarment sensittiva fir-rigward tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali jistħoqqilha protezzjoni speċifika billi l-kuntest tal-ipproċessar tagħha jista' joħloq riskji sinifikanti għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali. Dik id-data personali għandha tinkludi data personali li tiżvela l-oriġini razzjali jew etnika, fejn l-użu tat-terminu “oriġini razzjali” f'dan ir-Regolament ma jimplikax li l-Unjoni taċċetta teoriji li jippruvaw jiddeterminaw l-eżistenza ta' razez umani separati. L-ipproċessar ta' ritratti m'għandhux sistematikament jitqies bħala pproċessar ta' kategoriji speċjali ta' data personali peress li dawn ikunu koperti bid-definizzjoni ta' data bijometrika biss meta jiġu pproċessati b'mezz tekniku speċifiku li jippermetti l-identifikazzjoni unika jew l-awtentikazzjoni ta' persuna fiżika. Tali data personali ma għandhiex tiġi pproċessata, għajr jekk l-ipproċessar ikun permess f'każijiet speċifiċi stabbiliti f'dan ir-Regolament, b'kont meħud li l-liġi tal-Istati Membri tista' tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-protezzjoni ta' data sabiex tadatta l-applikazzjoni tar-regoli ta' dan ir-Regolament għal konformità ma' obbligu legali jew għall-prestazzjoni ta' kompitu mwettaq fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta' awtorità uffiċjali mogħtija lill-kontrollur. Minbarra r-rekwiżiti speċifiċi għal dan l-ipproċessar, il-prinċipji ġenerali u regoli oħra ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw, b'mod partikolari fir-rigward tal-kondizzjonijiet għal ipproċessar legali. Id-derogi mill-projbizzjoni ġenerali għall-ipproċessar ta' tali kategoriji speċjali ta' data personali għandhom jiġu previsti b'mod espliċitu, fost oħrajn fejn is-suġġett tad-data jagħti l-kunsens espliċitu tiegħu jew tagħha jew fir-rigward ta' ħtiġijiet speċifiċi b'mod partikolari fejn l-ipproċessar isir waqt attivitajiet leġittimi minn ċerti assoċjazzjonijiet jew fondazzjonijiet li l-għan tagħhom huwa li jippermettu l-eżerċizzju ta' libertajiet fundamentali.

2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika jekk japplika wieħed minn dawn li ġejjin:

Преамбулы

(52) Id-deroga mill-projbizzjoni dwar l-ipproċessar ta' kategoriji speċjali ta' data personali għandha tkun permessa wkoll meta tkun prevista fil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru u soġġett għal salvagwardji adatti, sabiex jiġu protetti d-data personali u drittijiet fundamentali oħra, fejn ikun fl-interess pubbliku li jsir hekk, b'mod partikolari l-ipproċessar ta' data personali fil-qasam tal-liġi tal-impjiegi, il-liġi tal-protezzjoni soċjali, inkluż il-pensjonijiet u għas-sigurtà tas-saħħa, għal finijiet ta' monitoraġġ u twissija, prevenzjoni u kontroll ta' mard li jittieħed u ta' theddid serju ieħor għas-saħħa. Tali deroga tista' ssir għal finijiet ta' saħħa, inkluża s-saħħa pubblika u l-ġestjoni tas-servizzi tal-kura tas-saħħa, speċjalment sabiex tkun żgurata l-kwalità u l-kosteffettività tal-proċeduri użati għat-tpaċija ta' talbiet għal benefiċċji u servizzi fis-sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa, jew għal finijiet ta' arkivjar fl-interess pubbliku, għal finijiet ta' riċerka xjentifika jew storika jew għal finijiet ta' statistika. Id-deroga għandha tippermetti wkoll l-ipproċessar ta' tali data personali fejn dan ikun meħtieġ għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta' talbiet legali, kemm jekk fi proċedimenti ġudizzjarji kif ukoll jekk fi proċedura amministrattiva jew extraġudizzjarja.

(53) Il-kategoriji speċjali ta' data personali li jistħoqqilhom aktar protezzjoni għandhom jiġu pproċessati biss għal finijiet relatati mas-saħħa fejn ikun meħtieġ biex jinkisbu dawk il-finijiet għall-benefiċċju ta' persuni fiżiċi u s-soċjetà inġenerali, b'mod partikolari fil-kuntest tal-ġestjoni tas-servizzi tal-kura tas-saħħa jew soċjali u sistemi, li jinkludu l-ipproċessar mill-awtoritajiet tal-ġestjoni u tas-saħħa nazzjonali ċentrali ta' tali data għall-fini tal-kontroll tal-kwalità, l-informazzjoni ta' ġestjoni u s-superviżjoni ġenerali nazzjonali u lokali tas-sistema tal-kura tas-saħħa jew soċjali, u billi tiġi żgurata kontinwità tal-kura tas-saħħa jew soċjali u l-kura tas-saħħa transkonfinali jew tas-sigurtà tas-saħħa, għall-finijiet ta' monitoraġġ u twissija jew għal finijiet ta' arkivjar fl-interess pubbliku, għal finijiet ta' riċerka xjentifika jew storika jew għal finijiet ta' statistika abbażi tal-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru li għandha tilħaq objettiv ta' interess pubbliku, kif ukoll għal studji mwettqa fl-interess pubbliku fil-qasam tas-saħħa pubblika. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jipprevedi kondizzjonijiet armonizzati għall-ipproċessar ta' kategoriji speċjali ta' data personali dwar is-saħħa, fir-rigward ta' ħtiġijiet speċifiċi, b'mod partikolari fejn l-ipproċessar ta' tali data jsir għal ċerti finijiet relatati mas-saħħa minn persuni soġġetti għal obbligu legali ta' segretezza professjonali. Il-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru għandha tipprovdi għal miżuri speċifiċi u adatti sabiex jiġu protetti d-drittijiet fundamentali u d-data personali tal-persuni fiżiċi. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jżommu jew jintroduċu aktar kondizzjonijiet, inklużi limitazzjonijiet, fir-rigward tal-ipproċessar ta' data ġenetika, data bijometrika jew data dwar is-saħħa. Madankollu, dan m'għandux ixekkel il-fluss liberu tad-data personali fl-Unjoni meta dawk il-kondizzjonijiet japplikaw għall-ipproċessar transkonfinali ta' tali data.

(54) L-ipproċessar ta' kategoriji speċjali ta' data personali jista' jkun meħtieġ għal raġunijiet ta' interess pubbliku fl-oqsma tas-saħħa pubblika mingħajr il-kunsens tas-suġġett tad-data. Tali pproċessar jeħtieġ li jkun soġġett għal miżuri adatti u speċifiċi sabiex jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi. F'dak il-kuntest, “saħħa pubblika” għandha tiġi interpretata kif definita fir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), jiġifieri l-elementi kollha relatati mas-saħħa, b'mod partikolari l-istat tas-saħħa, inklużi l-morbożità u d-diżabbiltà, il-fatturi determinanti li għandhom effett fuq l-istat tas-saħħa, il-bżonnijiet fil-qasam tal-kura tas-saħħa, ir-riżorsi allokati għall-kura tas-saħħa, il-forniment tal-kura tas-saħħa u l-aċċess universali għaliha, kif ukoll l-infiq u l-finanzjament tal-kura tas-saħħa, u l-kawżi ta' mortalità. Tali pproċessar ta' data dwar is-saħħa għal raġunijiet ta' interess pubbliku ma għandux jirriżulta fl-ipproċessar ta' data personali għal finijiet oħra minn partijiet terzi bħal min iħaddem, kumpanniji tal-assigurazzjoni u kumpanniji bankarji.

(11) Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 70). https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/AUTO/?uri=OJ:L:2008:354:TOC

(55) Barra minn hekk, l-ipproċessar ta' data personali minn awtoritajiet uffiċjali bil-għan li jinkisbu l-miri, stabbiliti mil-liġi kostituzzjonali jew mil-liġi pubblika internazzjonali, ta' assoċjazzjonijiet reliġjużi rikonoxxuti uffiċjalment jitwettaq għal raġunijiet ta' interess pubbliku.

(56) Fejn, matul attivitajiet elettorali, l-operat tas-sistema demokratika fi Stat Membru teħtieġ li l-partiti politiċi jikkompilaw data personali dwar l-opinjonijiet politiċi tan-nies, l-ipproċessar ta' din id-data jista' jkun permess għal raġunijiet ta' interess pubbliku, dment li jiġu stabbiliti salvagwardji adatti.

(a) is-suġġett tad-data jkun ta kunsens espliċitu għall-ipproċessar ta’ dik id-data personali għal fini speċifiku wieħed jew aktar, għajr fejn il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi ta’ Stat Membru tipprevedi li l-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tistax titneħħa mis-suġġett tad-data;

Комментарий эксперта
Автор
Louis-Philippe Gratton
Луи-Филипп Граттон PhD, LLM
Эксперт в Privacy
ISO 27701

ISO/IEC 27701, принятый в 2019, добавил дополнительное руководство к ISO/IEC 27002 для контролеров персональных данных (ПИИ).

Приводим соответствующий параграф к статье 9(2)(a) GDPR:

7.2.4 Получение и регистрация согласия

Средство управления

Организация должна получать и регистрировать согласие субъектов ПИИ согласно задокументированным процессам.

Руководство по внедрению

Организация должна получить и зарегистрировать согласие субъекта ПИИ таким образом, чтобы по запросу она могла предоставить подробности предоставленного согласия (например, время, когда оно было предоставлено, личность субъекта ПИИ и заявление о согласии).


для доступа к полному тексту

Связанные статьи

(b) l-ipproċessar ikun meħtieġ għall-finijiet tat-twettiq tal-obbligi u l-eżerċizzju ta’ drittijiet speċifiċi tal-kontrollur jew tas-suġġett tad-data fil-qasam tal-liġi dwar l-impjiegi u dwar il-protezzjoni soċjali u s-sigurtà soċjali sa fejn dan ikun awtorizzat mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi ta’ Stat Membru jew minn ftehim kollettiv skont il-liġi ta’ Stat Membru li jipprevedu salvagwardji xierqa għad-drittijiet fundamentali u l-interessi tas-suġġett tad-data;

Комментарий эксперта
Автор
Louis-Philippe Gratton
Луи-Филипп Граттон PhD, LLM
Эксперт в Privacy

(c) l-ipproċessar ikun meħtieġ għall-protezzjoni tal-interessi vitali tas-suġġett tad-data jew ta’ persuna fiżika oħra fejn is-suġġett tad-data ma jkunx fiżikament jew legalment kapaċi li jagħti l-kunsens;

Комментарий эксперта
Автор
Louis-Philippe Gratton
Луи-Филипп Граттон PhD, LLM
Эксперт в Privacy

(d) l-ipproċessar isir waqt l-attivitajiet leġittimi tiegħu b’salvagwardji adatti minn fondazzjoni, assoċjazzjoni jew kwalunkwe korp ieħor mingħajr skop ta’ qligħ b’għan politiku, filosofiku, reliġjuż jew ta’ trade union u bil-kondizzjoni li l-ipproċessar ikun relatat biss mal-membri jew ex membri tal-korp jew ma’ persuni li għandhom kuntatt regolari miegħu b’rabta mal-finijiet tiegħu u li d-data personali ma tkunx żvelata barra dak il-korp mingħajr il-kunsens tas-suġġetti tad-data;

Комментарий эксперта
Автор
Louis-Philippe Gratton
Луи-Филипп Граттон PhD, LLM
Эксперт в Privacy

(e) l-ipproċessar ikun relatat ma’ data personali li b’mod ċar tkun saret pubblika mis-suġġett tad-data;

Комментарий эксперта

(EN) The European legislator introduced an exception – for special categories of personal data which are manifestly made public by a person – that seems completely logical at first glance. If a person willingly shares her/his data, it sounds reasonable to allow the processing of these data by third parties. On second thought, many questions come to mind. What does “manifestly” mean? When are data “public”? How to determine if a person intended to make her/his data public?

The exception does not concern all special categories of data publicly available. It applies strictly to data that an individual personally disclosed. It must be a publication that results from a clear and voluntary decision from an individual to disclose information about her/him. It should not be an accidental, inadvertent, involuntary or unintentional disclosure. It should be the result of a free and deliberate decision. The individual must be fully conscious that s/he made her/his data public. Thus, it excludes leaked data, data accessible after a security breach or data shared unintentionally or by inadvertence…


для доступа к полному тексту

Автор
Louis-Philippe Gratton
Луи-Филипп Граттон PhD, LLM
Эксперт в Privacy
Руководство и прецедентное право

(f) l-ipproċessar ikun meħtieġ għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta’ talbiet legali jew kull darba li l-qrati jkunu qed jaġixxu fil-kapaċità ġudizzjarja tagħhom;

Комментарий эксперта
Автор
Louis-Philippe Gratton
Луи-Филипп Граттон PhD, LLM
Эксперт в Privacy

(g) l-ipproċessar ikun meħtieġ għal raġunijiet ta’ interess pubbliku sostanzjali, fuq il-bażi tal-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, li għandha tkun proporzjonata mal-għan segwit, tirrispetta l-essenza tad-dritt għall-protezzjoni tad-data u tipprevedi miżuri xierqa u speċifiċi sabiex tissalvagwardja d-drittijiet fundamentali u l-interessi tas-suġġett tad-data;

Комментарий эксперта
Автор
Louis-Philippe Gratton
Луи-Филипп Граттон PhD, LLM
Эксперт в Privacy

(h) l-ipproċessar ikun meħtieġ għall-finijiet ta’ mediċina preventiva jew okkupazzjonali, għall-valutazzjoni tal-kapaċità ta’ ħaddiem għax-xogħol, dijanjosi medika, il-forniment ta’ kura tas-saħħa jew soċjali jew it-trattament jew il-ġestjoni ta’ sistemi u servizzi tal-kura tas-saħħa u soċjali abbażi tal-liġi tal-Unjoni jew tal-liġi ta’ Stat Membru jew skont kuntratt ma’ professjonista fil-kura medika u soġġett għall-kondizzjonijiet u s-salvagwardji msemmija fil-paragrafu 3;

Комментарий эксперта
Автор
Louis-Philippe Gratton
Луи-Филипп Граттон PhD, LLM
Эксперт в Privacy
Руководство и прецедентное право

(i) l-ipproċessar ikun meħtieġ għal raġunijiet ta’ interess pubbliku fil-qasam tas-saħħa pubblika, bħall-protezzjoni kontra theddid transkonfinali serju għas-saħħa jew biex jiġu żgurati standards għoljin ta’ kwalità u sikurezza tal-kura tas-saħħa u ta’ prodotti mediċinali jew apparat mediku, fuq il-bażi tal-liġi tal-Unjoni, jew tal-liġi ta’ Stat Membru li tipprevedi miżuri adatti u speċifiċi sabiex jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data, b’mod partikulari s-segretezza professjonali;

Комментарий эксперта
Автор
Louis-Philippe Gratton
Луи-Филипп Граттон PhD, LLM
Эксперт в Privacy
Руководство и прецедентное право

(j) l-ipproċessar ikun meħtieġ għal finijiet ta’ arkivjar fl-interess pubbliku, għal finijiet ta’ riċerka xjentifika jew storika jew għal finijiet ta’ statistika f’konformità mal-Artikolu 89(1) fuq il-bażi tal-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, li għandha tkun proporzjonata mal-għan segwit, tirrispetta l-essenza tad-dritt għall-protezzjoni tad-data u tipprevedi miżuri xierqa u speċifiċi sabiex tissalvagwardja d-drittijiet fundamentali u l-interessi tas-suġġett tad-data.

Комментарий эксперта
Автор
Louis-Philippe Gratton
Луи-Филипп Граттон PhD, LLM
Эксперт в Privacy
Руководство и прецедентное право Связанные статьи

3. Id-data personali msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tiġi pproċessata għall-finijiet imsemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 2 meta dik id-data tiġi pproċessata minn professjonista jew taħt ir-responsabbiltà tiegħu li jkun soġġett għall-obbligu ta’ segretezza professjonali skont il-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru jew regoli stabbiliti minn korpi kompetenti nazzjonali jew minn persuna oħra li tkun ukoll soġġetta għal obbligu ta’ segretezza skont il-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru jew ir-regoli stabbiliti minn korpi kompetenti nazzjonali.

4. L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu aktar kondizzjonijiet, inklużi limitazzjonijiet, fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data ġenetika, data bijometrika jew data dwar is-saħħa.

Комментарий эксперта ISO 27701 Преамбулы Руководство и прецедентное право Оставить комментарий
Комментарий эксперта

Некоторые персональные данные ввиду их чувствительного характера относятся к специальным категориям в GDPR. Обработка данных, относящихся к одной из этих восьми (8) категорий, действительно представляет «значительные риски для основных прав и свобод» человека (Преамбула 51). Риски различаются в зависимости от типа задействованных данных. В первом параграфе статьи 9 перечислены все типы охватываемых данных, однако эти категории не являются легко объяснимыми. Наглядный перечень, разбитый на восемь пунктов, помогает прояснить сферу охвата положения и то, какие данные считаются «специальными» согласно европейским правилам:

  1. данные, раскрывающие расовое или этническое происхождение;
  2. данные, раскрывающие политические взгляды;
  3. данные, раскрывающие религиозные или философские убеждения;
  4. данные о членстве в профсоюзе;
  5. генетические данные;
  6. биометрические данные, используемые для идентификации человека;
  7. данные о здоровье; и
  8. данные, касающиеся половой жизни или сексуальной ориентации человека.

Данный перечень следует считать исчерпывающим, поскольку исключения должны толковаться строго.  Следовательно, никакое другое исключение не может быть допущено Судом Европейского Союза или законодательством государств-членов. Персональные данные, касающиеся судимостей и правонарушений, не упоминаются в этом перечне, так как они подпадают под другой правовой режим (статья 10).

«Специальные категории персональных данных» должны обрабатываться в соответствии с особыми правилами обработки, главным образом, в целях защиты лиц от дискриминации (Преамбула 71). Обработка специальных категорий персональных данных также может привести к физическому, материальному или моральному ущербу, включая хищение личных данных, мошенничество, нанесение вреда репутации или нарушение профессиональной тайны (Преамбула 75).

Данные, связанные с расовым или этническим происхождением, включают имена, места рождения, родные языки и даже имена родителей того или иного лица. Они считаются чувствительными, поскольку могут раскрыть происхождение человека или его этническую принадлежность.

Политические убеждения можно вывести исходя из анализа деятельности, раскрывающей политические предпочтения человека, к чему относятся членство в политической партии, подписанные петиции, мероприятия, митинги или протесты, в которых человек принимал участие. К данным, раскрывающим политические взгляды индивида также относится информация, отражающая идеи, которые он поддерживает, и, наоборот, отвергает.

К данным, свидетельствующим о том, что человек исповедует какую-либо религию или проявляет интерес к ней, относятся, например, посещение церкви, покупка религиозных книг, участие в религиозных мероприятиях или демонстрациях. Такие данные могут раскрыть религиозную принадлежность человека или свидетельствовать об отсутствии у него религиозных убеждений. Сложнее определить, что обозначает термин “философские убеждения”. Пример из английского прецедентного права демонстрирует, что таковым является искреннее убеждение, которое касается важного аспекта человеческой жизни и поведения, и которое заслуживает уважения в демократическом обществе (Grainger Plc v. Nicholson).

Особая защита данных о членстве в профсоюзе обусловлена реализацией основных прав в трудовой сфере. Отнесение данной информации к особой категории данных защищает людей от дискриминации на работе, которая может быть потенциальным следствием их профсоюзной деятельности, и сохраняет их право на ведение коллективных переговоров наряду с другими правами.

Анализ биологических образцов позволяет получить информацию об «унаследованных или приобретенных генетических характеристиках» человека [Преамбула 34 и статья 4 (13)]. Полученные генетические данные могут раскрыть информацию о происхождении, этнической принадлежности, физиологии или здоровье человека, поскольку причиной некоторых проблем со здоровьем человека являются аномалии в геноме человека.

Биометрические данные — это информация, полученная на основе различных измерений «физических, физиологических или поведенческих характеристик человека» [статья 4 (14)]. Они служат для уникальной идентификации человека, например, по отпечаткам пальцев, рисунку радужной оболочки глаза, чертам лица или модуляции голоса. Фотография не всегда классифицируется как биометрические данные. Она относится к данной категории только в тех случаях, когда при ее обработке выявляются характеристики, позволяющие однозначно идентифицировать человека (Преамбула 51).


для доступа к полному тексту

Автор
Louis-Philippe Gratton
Луи-Филипп Граттон PhD, LLM
Эксперт в Privacy
ISO 27701

ISO/IEC 27701, принятый в 2019, добавил дополнительное руководство к ISO/IEC 27002 для контролеров персональных данных (ПИИ).

Приводим соответствующий параграф к статье 9 GDPR:

7.2.2. Определение правового основания

Средство управления

Организация должна определить, задокументировать и соблюдать соответствующие правовые основания для обработки ПИИ в определенных целях.

Руководство по внедрению

В некоторых юрисдикциях организация должна иметь возможность продемонстрировать, что законность обработки была должным образом установлена до её осуществления. Правовое основание для обработки ПИИ может включать в себя:


для доступа к полному тексту

Преамбулы

(51) Data personali, li min-natura tagħha, tkun partikolarment sensittiva fir-rigward tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali jistħoqqilha protezzjoni speċifika billi l-kuntest tal-ipproċessar tagħha jista' joħloq riskji sinifikanti għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali. Dik id-data personali għandha tinkludi data personali li tiżvela l-oriġini razzjali jew etnika, fejn l-użu tat-terminu “oriġini razzjali” f'dan ir-Regolament ma jimplikax li l-Unjoni taċċetta teoriji li jippruvaw jiddeterminaw l-eżistenza ta' razez umani separati. L-ipproċessar ta' ritratti m'għandhux sistematikament jitqies bħala pproċessar ta' kategoriji speċjali ta' data personali peress li dawn ikunu koperti bid-definizzjoni ta' data bijometrika biss meta jiġu pproċessati b'mezz tekniku speċifiku li jippermetti l-identifikazzjoni unika jew l-awtentikazzjoni ta' persuna fiżika. Tali data personali ma għandhiex tiġi pproċessata, għajr jekk l-ipproċessar ikun permess f'każijiet speċifiċi stabbiliti f'dan ir-Regolament, b'kont meħud li l-liġi tal-Istati Membri tista' tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-protezzjoni ta' data sabiex tadatta l-applikazzjoni tar-regoli ta' dan ir-Regolament għal konformità ma' obbligu legali jew għall-prestazzjoni ta' kompitu mwettaq fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta' awtorità uffiċjali mogħtija lill-kontrollur. Minbarra r-rekwiżiti speċifiċi għal dan l-ipproċessar, il-prinċipji ġenerali u regoli oħra ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw, b'mod partikolari fir-rigward tal-kondizzjonijiet għal ipproċessar legali. Id-derogi mill-projbizzjoni ġenerali għall-ipproċessar ta' tali kategoriji speċjali ta' data personali għandhom jiġu previsti b'mod espliċitu, fost oħrajn fejn is-suġġett tad-data jagħti l-kunsens espliċitu tiegħu jew tagħha jew fir-rigward ta' ħtiġijiet speċifiċi b'mod partikolari fejn l-ipproċessar isir waqt attivitajiet leġittimi minn ċerti assoċjazzjonijiet jew fondazzjonijiet li l-għan tagħhom huwa li jippermettu l-eżerċizzju ta' libertajiet fundamentali.

(52) Id-deroga mill-projbizzjoni dwar l-ipproċessar ta' kategoriji speċjali ta' data personali għandha tkun permessa wkoll meta tkun prevista fil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru u soġġett għal salvagwardji adatti, sabiex jiġu protetti d-data personali u drittijiet fundamentali oħra, fejn ikun fl-interess pubbliku li jsir hekk, b'mod partikolari l-ipproċessar ta' data personali fil-qasam tal-liġi tal-impjiegi, il-liġi tal-protezzjoni soċjali, inkluż il-pensjonijiet u għas-sigurtà tas-saħħa, għal finijiet ta' monitoraġġ u twissija, prevenzjoni u kontroll ta' mard li jittieħed u ta' theddid serju ieħor għas-saħħa. Tali deroga tista' ssir għal finijiet ta' saħħa, inkluża s-saħħa pubblika u l-ġestjoni tas-servizzi tal-kura tas-saħħa, speċjalment sabiex tkun żgurata l-kwalità u l-kosteffettività tal-proċeduri użati għat-tpaċija ta' talbiet għal benefiċċji u servizzi fis-sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa, jew għal finijiet ta' arkivjar fl-interess pubbliku, għal finijiet ta' riċerka xjentifika jew storika jew għal finijiet ta' statistika. Id-deroga għandha tippermetti wkoll l-ipproċessar ta' tali data personali fejn dan ikun meħtieġ għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta' talbiet legali, kemm jekk fi proċedimenti ġudizzjarji kif ukoll jekk fi proċedura amministrattiva jew extraġudizzjarja.

(53) Il-kategoriji speċjali ta' data personali li jistħoqqilhom aktar protezzjoni għandhom jiġu pproċessati biss għal finijiet relatati mas-saħħa fejn ikun meħtieġ biex jinkisbu dawk il-finijiet għall-benefiċċju ta' persuni fiżiċi u s-soċjetà inġenerali, b'mod partikolari fil-kuntest tal-ġestjoni tas-servizzi tal-kura tas-saħħa jew soċjali u sistemi, li jinkludu l-ipproċessar mill-awtoritajiet tal-ġestjoni u tas-saħħa nazzjonali ċentrali ta' tali data għall-fini tal-kontroll tal-kwalità, l-informazzjoni ta' ġestjoni u s-superviżjoni ġenerali nazzjonali u lokali tas-sistema tal-kura tas-saħħa jew soċjali, u billi tiġi żgurata kontinwità tal-kura tas-saħħa jew soċjali u l-kura tas-saħħa transkonfinali jew tas-sigurtà tas-saħħa, għall-finijiet ta' monitoraġġ u twissija jew għal finijiet ta' arkivjar fl-interess pubbliku, għal finijiet ta' riċerka xjentifika jew storika jew għal finijiet ta' statistika abbażi tal-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru li għandha tilħaq objettiv ta' interess pubbliku, kif ukoll għal studji mwettqa fl-interess pubbliku fil-qasam tas-saħħa pubblika. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jipprevedi kondizzjonijiet armonizzati għall-ipproċessar ta' kategoriji speċjali ta' data personali dwar is-saħħa, fir-rigward ta' ħtiġijiet speċifiċi, b'mod partikolari fejn l-ipproċessar ta' tali data jsir għal ċerti finijiet relatati mas-saħħa minn persuni soġġetti għal obbligu legali ta' segretezza professjonali. Il-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru għandha tipprovdi għal miżuri speċifiċi u adatti sabiex jiġu protetti d-drittijiet fundamentali u d-data personali tal-persuni fiżiċi. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jżommu jew jintroduċu aktar kondizzjonijiet, inklużi limitazzjonijiet, fir-rigward tal-ipproċessar ta' data ġenetika, data bijometrika jew data dwar is-saħħa. Madankollu, dan m'għandux ixekkel il-fluss liberu tad-data personali fl-Unjoni meta dawk il-kondizzjonijiet japplikaw għall-ipproċessar transkonfinali ta' tali data.

(54) L-ipproċessar ta' kategoriji speċjali ta' data personali jista' jkun meħtieġ għal raġunijiet ta' interess pubbliku fl-oqsma tas-saħħa pubblika mingħajr il-kunsens tas-suġġett tad-data. Tali pproċessar jeħtieġ li jkun soġġett għal miżuri adatti u speċifiċi sabiex jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi. F'dak il-kuntest, “saħħa pubblika” għandha tiġi interpretata kif definita fir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), jiġifieri l-elementi kollha relatati mas-saħħa, b'mod partikolari l-istat tas-saħħa, inklużi l-morbożità u d-diżabbiltà, il-fatturi determinanti li għandhom effett fuq l-istat tas-saħħa, il-bżonnijiet fil-qasam tal-kura tas-saħħa, ir-riżorsi allokati għall-kura tas-saħħa, il-forniment tal-kura tas-saħħa u l-aċċess universali għaliha, kif ukoll l-infiq u l-finanzjament tal-kura tas-saħħa, u l-kawżi ta' mortalità. Tali pproċessar ta' data dwar is-saħħa għal raġunijiet ta' interess pubbliku ma għandux jirriżulta fl-ipproċessar ta' data personali għal finijiet oħra minn partijiet terzi bħal min iħaddem, kumpanniji tal-assigurazzjoni u kumpanniji bankarji.

(11) Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 70). https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/AUTO/?uri=OJ:L:2008:354:TOC

(55) Barra minn hekk, l-ipproċessar ta' data personali minn awtoritajiet uffiċjali bil-għan li jinkisbu l-miri, stabbiliti mil-liġi kostituzzjonali jew mil-liġi pubblika internazzjonali, ta' assoċjazzjonijiet reliġjużi rikonoxxuti uffiċjalment jitwettaq għal raġunijiet ta' interess pubbliku.

(56) Fejn, matul attivitajiet elettorali, l-operat tas-sistema demokratika fi Stat Membru teħtieġ li l-partiti politiċi jikkompilaw data personali dwar l-opinjonijiet politiċi tan-nies, l-ipproċessar ta' din id-data jista' jkun permess għal raġunijiet ta' interess pubbliku, dment li jiġu stabbiliti salvagwardji adatti.

Руководство и прецедентное право Оставить комментарий
[js-disqus]