Navigation
GDPR > Premessa 54
Download PDF

Premessa 54

(54) L-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ data personali jista’ jkun meħtieġ għal raġunijiet ta’ interess pubbliku fl-oqsma tas-saħħa pubblika mingħajr il-kunsens tas-suġġett tad-data.

Tali pproċessar jeħtieġ li jkun soġġett għal miżuri adatti u speċifiċi sabiex jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi.

F’dak il-kuntest, “saħħa pubblika” għandha tiġi interpretata kif definita fir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), jiġifieri l-elementi kollha relatati mas-saħħa, b’mod partikolari l-istat tas-saħħa, inklużi l-morbożità u d-diżabbiltà, il-fatturi determinanti li għandhom effett fuq l-istat tas-saħħa, il-bżonnijiet fil-qasam tal-kura tas-saħħa, ir-riżorsi allokati għall-kura tas-saħħa, il-forniment tal-kura tas-saħħa u l-aċċess universali għaliha, kif ukoll l-infiq u l-finanzjament tal-kura tas-saħħa, u l-kawżi ta’ mortalità.

Tali pproċessar ta’ data dwar is-saħħa għal raġunijiet ta’ interess pubbliku ma għandux jirriżulta fl-ipproċessar ta’ data personali għal finijiet oħra minn partijiet terzi bħal min iħaddem, kumpanniji tal-assigurazzjoni u kumpanniji bankarji.

(11) Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 70). https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/AUTO/?uri=OJ:L:2008:354:TOC