Навигация
GDPR > Artikolu 2. Kamp ta' applikazzjoni materjali
Скачать в PDF

Artikolu 2 RĠPD (GDPR). Kamp ta' applikazzjoni materjali

1. Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar ta’ data personali kompletament jew parzjalment b’mezzi awtomatizzati, u għall-ipproċessar għajr b’mezzi awtomatizzati ta’ data personali li tifforma parti minn sistema ta’ arkivjar jew li tkun maħsuba sabiex tifforma parti minn sistema ta’ arkivjar.

Комментарий эксперта

Данная статья ограничивает предмет регулирования GDPR. Европейские законодатели решили не обременять выполнением многочисленных правил в быту и личной жизни основную часть населения. Они вывели из-под действия регламента процессы обработки, которые не представляют большой угрозы (не автоматизированные обработки, где персональные данные не собраны в систему).

За сочетанием «автоматизированные средствами» скрываются в первую очередь компьютеры, которыми переполнена современная жизнь (смартфоны, ноутбуки, сервера, «умные» часы т.п.). Обработка с их помощью подпадает под GDPR. Исключения для бытовой и личной обработки сделаны в следующем параграфе данной статьи.

Если же процесс обработки ведется в уме или на бумаге, то придерживаться Регламента придется, только если обрабатываемые личные данные представляют систему, то есть делают возможным быстрый и эффективный поиск конкретного лица и сведений о нем.

Например, таблички с именами жильцов, которые так любят немцы, не «запускают» Регламент.  Домовладельцы вешают их рядом со звонками в квартиры у двери подъезда. В данном случае данные не собраны в каталог или систему.


для доступа к полному тексту

Автор
Siarhei Varankevich
Сергей Воронкевич CIPP/E, CIPM, CIPT, MBA, FIP
FIP_IAPP
Сооснователь и директор DPO LLC. Тренер и ведущий консультант
Руководство и прецедентное право Преамбулы

(15) Sabiex il-ħolqien ta' riskju serju ta' ċirkomvenzjoni jiġi preventit, il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi għandha tkun teknoloġikament newtrali u ma għandhiex tistrieħ fuq it-tekniki użati. Il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi għandha tapplika għall-ipproċessar tad-data personali b'mezzi awtomatizzati kif ukoll għall-ipproċessar manwali, jekk id-data personali titqiegħed jew tkun maħsuba biex titqiegħed f'sistema ta' arkivjar. Il-fajls jew settijiet ta' fajls, kif ukoll il-qoxra ta' barra tagħhom, li ma jkunux strutturati skont kriterji speċifiċi, m'għandhomx jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2. Dan ir-Regolament ma japplikax għall-ipproċessar ta’ data personali:

(a) matul attività li ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni;

Преамбулы

(16) Dan ir-Regolament ma japplikax għal kwistjonijiet ta' protezzjoni ta' drittijiet u libertajiet fundamentali jew il-fluss liberu ta' data personali relatata ma' attivitajiet li jaqgħu barra l-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni, bħal attivitajiet rigward is-sigurtà nazzjonali. Dan ir-Regolament ma japplikax għall-ipproċessar tad-data personali mill-Istati Membri meta jwettqu attivitajiet fir-rigward tal-politika estera u ta' sigurtà komuni tal-Unjoni.

(b) mill-Istati Membri meta jkunu qegħdin iwettqu attivitajiet li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-TUE;

(c) minn persuna fiżika waqt attività purament personali jew fid-dar;

Руководство и прецедентное право Преамбулы

(18) Dan ir-Regolament ma japplikax għall-ipproċessar ta' data personali minn persuna fiżika matul attività purament personali jew fid-dar u għalhekk mingħajr ebda rabta ma' attività professjonali jew kummerċjali. L-attivitajiet personali jew fid-dar jistgħu jinkludu korrispondenza u ż-żamma ta' indirizzi, jew netwerking soċjali u attività online imwettqa fil-kuntest ta' tali attivitajiet. Madankollu, dan ir-Regolament japplika għal kontrolluri jew proċessuri li jipprovdu l-mezzi għall-ipproċessar tad-data personali għal tali attivitajiet personali jew fid-dar.

(d) mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, inkluż is-salvagwardji kontra u l-prevenzjoni ta’ theddid għas-sigurtà pubblika.

Преамбулы

(19) Il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali minn awtoritajiet kompetenti għall-għanijiet tal-prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, inkluż is-salvagwardja kontra u l-prevenzjoni ta' theddid għas-sigurtà pubblika u l-moviment liberu ta' tali data, hija s-suġġett ta' att legali speċifiku tal-Unjoni. Dan ir-Regolament m'għandux, għalhekk, japplika għall-attivitajiet ta' pproċessar għal dawk l-għanijiet. Madanakollu, id-data personali pproċessata mill-awtoritajiet pubbliċi skont dan ir-Regolament meta tintuża għal dawk l-għanijiet għandha tkun regolata minn att legali aktar speċifiku tal-Unjoni jiġifieri d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). L-Istati Membri jistgħu jinkarigaw awtoritajiet kompetenti fis-sens tad-Direttiva (UE) 2016/680 b'kompiti li mhumiex neċessarjament imwettqa għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, inkluż is-salvagwardja kontra u l-prevenzjoni ta' theddid għas-sigurtà pubblika, sabiex l-ipproċessar tad-data personali għal dawk il-finijiet l-oħra, sa fejn dan huwa fil-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni,

jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali minn dawk l-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet aktar speċifiċi biex jadattaw l-applikazzjoni tar-regoli ta' dan ir-Regolament. Tali dispożizzjonijiet jistgħu jiddeterminaw b'mod aktar preċiż rekwiżiti speċifiċi għall-ipproċessar ta' data personali minn dawk l-awtoritajiet kompetenti għal dawk il-finijiet l-oħra, filwaqt li jittieħed kont tal-istruttura kostituzzjonali, organizzattiva u amministrattiva tal-Istat Membru rispettiv. Meta l-ipproċessar ta' data personali minn korpi privati jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, dan ir-Regolament għandu jipprevedi l-possibbiltà li taħt kondizzjonijiet speċifiċi l-Istati Membri jirrestrinġu bil-liġi ċerti obbligi u drittijiet meta tali restrizzjoni tikkostitwixxi miżura meħtieġa u proporzjonata f'soċjetà demokratika biex jiġu ssalvagwardjati interessi importanti speċifiċi inkluż is-sigurtà pubblika u l-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, inkluż is-salvagwardja kontra u l-prevenzjoni ta' theddid għas-sigurtà pubblika. Dan hu rilevanti pereżempju fil-qafas tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew l-attivitajiet tal-laboratorji forensiċi.

(7) Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta' prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u l-moviment liberu ta' dik id-data u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ara l-paġna 89 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

3. Għall-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, japplika r-Regolament (KE) Nru 45/2001. Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u atti legali oħrajn tal-Unjoni applikabbli għal tali pproċessar tad-data personali għandhom jiġu adattati għall-prinċipji u r-regoli ta’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 98.

Преамбулы

(17) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) japplika għall-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni. Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u atti legali oħrajn tal-Unjoni applikabbli għal tali pproċessar tad-data personali għandhom jiġu adattati għall-prinċipji u r-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament u applikati fid-dawl ta' dan ir-Regolament. Sabiex ikun hemm qafas b'saħħtu u koerenti għall-protezzjoni tad-data fl-Unjoni, l-adattamenti meħtieġa tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandhom jiġu wara l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, biex ikun hemm applikazzjoni fl-istess ħin bħal dan ir-Regolament.

(6) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1). https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/AUTO/?uri=OJ:L:2001:008:TOC

(172) Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u ta opinjoni fis-7 ta' Marzu 2012 (17).

4. Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2000/31/KE, b’mod partikolari tar-regoli dwar ir-responsabbiltà ta’ fornituri ta’ servizzi intermedjarji fl-Artikoli 12 sa 15 ta’ dik id-Direttiva.

Преамбулы

(21) Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), b'mod partikolari tar-regoli dwar ir-responsabbiltà ta' fornituri ta' servizzi intermedjarji fl-Artikoli 12 sa 15 ta' dik id-Direttiva. Dik id-Direttiva għandha l-għan li tikkontribwixxi għal funzjonament adatt tas-suq intern billi tiżgura l-moviment liberu ta' servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri.

(8) Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku)( ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1). https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/AUTO/?uri=OJ:L:2000:178:TOC

Комментарий эксперта Преамбулы Руководство и прецедентное право Оставить комментарий
Комментарий эксперта

Данная статья ограничивает предмет регулирования GDPR. Европейские законодатели решили не обременять выполнением многочисленных правил в быту и личной жизни основную часть населения. Также они вывели из-под действия Регламента…


для доступа к полному тексту

Siarhei Varankevich
Сергей Воронкевич CIPP/E, CIPM, CIPT, MBA, FIP
FIP_IAPP
Сооснователь и директор DPO LLC. Тренер и ведущий консультант
Преамбулы

(14) Il-protezzjoni mogħtija minn dan ir-Regolament għandha tapplika għall-persuni fiżiċi, tkun xi tkun in-nazzjonalità jew il-post ta' residenza tagħhom, fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali tagħhom. Dan ir-Regolament ma jkoprix l-ipproċessar tad-data personali li tikkonċerna l-persuni ġuridiċi u b'mod partikolari l-impriżi stabbiliti bħala persuni ġuridiċi, inklużi l-isem u l-forma tal-persuna ġuridika u d-dettalji ta' kuntatt tal-persuna ġuridika.

(15) Sabiex il-ħolqien ta' riskju serju ta' ċirkomvenzjoni jiġi preventit, il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi għandha tkun teknoloġikament newtrali u ma għandhiex tistrieħ fuq it-tekniki użati. Il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi għandha tapplika għall-ipproċessar tad-data personali b'mezzi awtomatizzati kif ukoll għall-ipproċessar manwali, jekk id-data personali titqiegħed jew tkun maħsuba biex titqiegħed f'sistema ta' arkivjar. Il-fajls jew settijiet ta' fajls, kif ukoll il-qoxra ta' barra tagħhom, li ma jkunux strutturati skont kriterji speċifiċi, m'għandhomx jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(16) Dan ir-Regolament ma japplikax għal kwistjonijiet ta' protezzjoni ta' drittijiet u libertajiet fundamentali jew il-fluss liberu ta' data personali relatata ma' attivitajiet li jaqgħu barra l-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni, bħal attivitajiet rigward is-sigurtà nazzjonali. Dan ir-Regolament ma japplikax għall-ipproċessar tad-data personali mill-Istati Membri meta jwettqu attivitajiet fir-rigward tal-politika estera u ta' sigurtà komuni tal-Unjoni.

(17) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) japplika għall-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni. Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u atti legali oħrajn tal-Unjoni applikabbli għal tali pproċessar tad-data personali għandhom jiġu adattati għall-prinċipji u r-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament u applikati fid-dawl ta' dan ir-Regolament. Sabiex ikun hemm qafas b'saħħtu u koerenti għall-protezzjoni tad-data fl-Unjoni, l-adattamenti meħtieġa tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandhom jiġu wara l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, biex ikun hemm applikazzjoni fl-istess ħin bħal dan ir-Regolament.

(6) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1). https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/AUTO/?uri=OJ:L:2001:008:TOC

(18) Dan ir-Regolament ma japplikax għall-ipproċessar ta' data personali minn persuna fiżika matul attività purament personali jew fid-dar u għalhekk mingħajr ebda rabta ma' attività professjonali jew kummerċjali. L-attivitajiet personali jew fid-dar jistgħu jinkludu korrispondenza u ż-żamma ta' indirizzi, jew netwerking soċjali u attività online imwettqa fil-kuntest ta' tali attivitajiet. Madankollu, dan ir-Regolament japplika għal kontrolluri jew proċessuri li jipprovdu l-mezzi għall-ipproċessar tad-data personali għal tali attivitajiet personali jew fid-dar.

(19) Il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali minn awtoritajiet kompetenti għall-għanijiet tal-prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, inkluż is-salvagwardja kontra u l-prevenzjoni ta' theddid għas-sigurtà pubblika u l-moviment liberu ta' tali data, hija s-suġġett ta' att legali speċifiku tal-Unjoni. Dan ir-Regolament m'għandux, għalhekk, japplika għall-attivitajiet ta' pproċessar għal dawk l-għanijiet. Madanakollu, id-data personali pproċessata mill-awtoritajiet pubbliċi skont dan ir-Regolament meta tintuża għal dawk l-għanijiet għandha tkun regolata minn att legali aktar speċifiku tal-Unjoni jiġifieri d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). L-Istati Membri jistgħu jinkarigaw awtoritajiet kompetenti fis-sens tad-Direttiva (UE) 2016/680 b'kompiti li mhumiex neċessarjament imwettqa għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, inkluż is-salvagwardja kontra u l-prevenzjoni ta' theddid għas-sigurtà pubblika, sabiex l-ipproċessar tad-data personali għal dawk il-finijiet l-oħra, sa fejn dan huwa fil-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni,

jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali minn dawk l-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet aktar speċifiċi biex jadattaw l-applikazzjoni tar-regoli ta' dan ir-Regolament. Tali dispożizzjonijiet jistgħu jiddeterminaw b'mod aktar preċiż rekwiżiti speċifiċi għall-ipproċessar ta' data personali minn dawk l-awtoritajiet kompetenti għal dawk il-finijiet l-oħra, filwaqt li jittieħed kont tal-istruttura kostituzzjonali, organizzattiva u amministrattiva tal-Istat Membru rispettiv. Meta l-ipproċessar ta' data personali minn korpi privati jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, dan ir-Regolament għandu jipprevedi l-possibbiltà li taħt kondizzjonijiet speċifiċi l-Istati Membri jirrestrinġu bil-liġi ċerti obbligi u drittijiet meta tali restrizzjoni tikkostitwixxi miżura meħtieġa u proporzjonata f'soċjetà demokratika biex jiġu ssalvagwardjati interessi importanti speċifiċi inkluż is-sigurtà pubblika u l-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, inkluż is-salvagwardja kontra u l-prevenzjoni ta' theddid għas-sigurtà pubblika. Dan hu rilevanti pereżempju fil-qafas tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew l-attivitajiet tal-laboratorji forensiċi.

(7) Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta' prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u l-moviment liberu ta' dik id-data u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ara l-paġna 89 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(20) Filwaqt li dan ir-Regolament japplika, inter alia, għall-attivitajiet tal-qrati u awtoritajiet ġudizzjarji oħrajn, il-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru tista' tispeċifika l-attivitajiet ta' pproċessar u l-proċeduri ta' pproċessar b'rabta mal-ipproċessar ta' data personali minn qrati u awtoritajiet ġudizzjarji oħrajn. Il-kompetenza tal-awtoritajiet superviżorji ma għandhiex tkopri l-ipproċessar ta' data personali meta l-qrati jkunu qegħdin jaġixxu fil-kapaċità ġudizzjarja tagħhom, sabiex tiġi ssalvagwardjata l-indipendenza tal-ġudikatura fit-twettiq tal-kompiti ġudizzjarji tagħha, inkluż it-teħid ta' deċiżjonijiet. Is-superviżjoni ta' tali attivitajiet tal-ipproċessar tad-data għandha tkun tista' tiġi fdata lil entitajiet speċifiċi fi ħdan is-sistema ġudizzjarja tal-Istat Membru, li għandhom b'mod partikolari jiżguraw il-konformità mar-regoli ta' dan ir-Regolament, iżidu l-għarfien fost il-membri tal-ġudikatura dwar l-obbligi tagħhom taħt dan ir-Regolament u jittrattaw l-ilmenti b'rabta ma' tali operazzjonijiet ta' pproċessar ta' data.

(21) Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), b'mod partikolari tar-regoli dwar ir-responsabbiltà ta' fornituri ta' servizzi intermedjarji fl-Artikoli 12 sa 15 ta' dik id-Direttiva. Dik id-Direttiva għandha l-għan li tikkontribwixxi għal funzjonament adatt tas-suq intern billi tiżgura l-moviment liberu ta' servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri.

(8) Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku)( ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1). https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/AUTO/?uri=OJ:L:2000:178:TOC

Руководство и прецедентное право Оставить комментарий
[js-disqus]