Навигация
GDPR > Artikolu 95. Relazzjoni mad-Direttiva 2002/58/KE
Скачать в PDF

Artikolu 95 RĠPD (GDPR). Relazzjoni mad-Direttiva 2002/58/KE

Dan ir-Regolament m’għandux jimponi obbligi addizzjonali fuq persuni fiżiċi u ġuridiċi dwar l-ipproċessar b’rabta mal-provvediment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku fin-netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni fl-Unjoni b’rabta ma’ kwistjonijiet li għalihom ikunu soġġetti għal obbligi speċifiċi bl-istess objettiv stabbilit fid-Direttiva 2002/58/KE.

Преамбулы Руководство и прецедентное право Оставить комментарий
Преамбулы

(173) Dan ir-Regolament għandu japplika għall-kwistjonijiet kollha li jirrigwardaw il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali vis-à-vis l-ipproċessar tad-data personali, li mhijiex soġġetta għal obbligi speċifiċi bl-istess għan stabbilit fid-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18), inkluż l-obbligi fuq il-kontrollur u d-drittijiet tal-persuni fiżiċi. Sabiex tiġi ċċarata r-relazzjoni bejn dan ir-Regolament u d-Direttiva 2002/58/KE, dik id-Direttiva għandha tiġi emendata kif xieraq. Ladarba dan ir-Regolament jiġi adottat, id-Direttiva 2002/58/KE għandha tiġi riveduta b'mod partikolari sabiex tiġi żgurata l-konsistenza ma' dan ir-Regolament,

(18) Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p.37). https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/AUTO/?uri=OJ:L:2002:201:TOC

Руководство и прецедентное право Оставить комментарий
[js-disqus]