Навигация
GDPR > Artikolu 46. Trasferimenti soġġetti għal salvagwardji xierqa
Скачать в PDF

Artikolu 46 RĠPD (GDPR). Trasferimenti soġġetti għal salvagwardji xierqa

1. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 45(3), kontrollur jew proċessur jista’ jittrasferixxi data personali lejn pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali biss jekk il-kontrollur jew il-proċessur ikun ipprovda salvagwardji xierqa, u bil-kondizzjoni li jkunu disponibbli drittijiet infurzabbli tas-suġġett tad-data u rimedji legali effettivi għas-suġġetti tad-data.

Связанные статьи

2. Is-salvagwardji xierqa msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jkunu previsti, mingħajr ma jkun jinħtieġ ebda awtorizzazzjoni speċifika minn awtorità superviżorja, permezz ta’:

Преамбулы

(108) Fin-nuqqas ta' deċiżjoni dwar l-adegwatezza, il-kontrollur jew il-proċessur għandu jieħu miżuri sabiex jikkumpensa għan-nuqqas ta' protezzjoni tad-data f'pajjiż terz permezz ta' salvagwardji adatti għas-suġġett tad-data. Tali salvagwardji adatti jistgħu jikkonsistu mill-użu ta' regoli korporattivi vinkolanti, klawżoli standard dwar il-protezzjoni tad-data adottati mill-Kummissjoni, klawżoli standard dwar il-protezzjoni tad-data adottati minn awtorità superviżorja jew klawżoli kuntrattwali awtorizzati minn awtorità superviżorja. Dawk is-salvagwardji għandhom jiżguraw konformità mar-rekwiżiti għall-protezzjoni tad-data u d-drittijiet tas-suġġetti tad-data adatti għall-ipproċessar fl-Unjoni, inkluż id-disponibbiltà tad-drittijiet eżegwibbli tas-suġġett tad-data u tar-rimedji legali effettivi, inkluż id-dritt li jinkiseb rimedju amministrattiv jew ġudizzjarju effettiv u li jintalab kumpens, fl-Unjoni jew f'pajjiż terz. B'mod partikolari, għandhom jirrigwardaw il-konformità mal-prinċipji ġenerali dwar l-ipproċessar tad-data personali, il-prinċipji tal-protezzjoni tad-data mid-disinn u b'mod awtomatiku. Jistgħu jsiru trasferimenti wkoll mill-awtoritajiet jew mill-korpi pubbliċi ma' awtoritajiet jew korpi pubbliċi f'pajjiżi terzi jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali b'doveri jew funzjonijiet korrispondenti, inkluż abbażi ta' dispożizzjonijiet li jiddaħħlu f'arranġamenti amministrattivi, bħal memorandum ta' qbil, u jkunu previsti drittijiet infurzabbli u effettivi għas-suġġetti tad-data. L-awtorizzazzjoni mill-awtorità superviżorja kompetenti għandha tinkiseb meta jkun hemm provvediment għas-salvagwardji f'arranġamenti amministrattivi li ma jkunux legalment vinkolanti.

(109) Il-possibbiltà għall-kontrollur jew għall-proċessur li juża klawżoli standard dwar il-protezzjoni tad-data adottati mill-Kummissjoni jew minn awtorità superviżorja la għandha tipprevjeni l-kontrolluri jew il-proċessuri milli jinkludu l-klawżoli standard dwar il-protezzjoni tad-data f'kuntratt usa', bħal kuntratt bejn il-proċessur u proċessur ieħor, u lanqas ma għandha tipprevjenihom milli jżidu klawżoli oħrajn jew salvagwardji addizzjonali sakemm ma jikkontradixxux, b'mod dirett jew indirett, il-klawżoli kuntrattwali standard adottati mill-Kummissjoni jew minn awtorità superviżorja jew jippreġudikaw id-drittijiet jew il-libertajiet fundamentali tas-suġġetti tad-data. Il-kontrolluri u l-proċessuri għandhom jiġu mħeġġa jipprovdu salvagwardji addizzjonali permezz ta' impenji kuntrattwali li jissupplimentaw il-klawżoli ta' protezzjoni standard.

(b) regoli korporattivi vinkolanti f’konformità mal-Artikolu 47;

(c) klawżoli standard ta’ protezzjoni tad-data adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 93(2);

(d) klawżoli standard ta’ protezzjoni tad-data adottati minn awtorità superviżorja u approvati mill-Kummissjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 93(2); jew

Связанные статьи

(e) kodiċi ta’ kondotta approvat skont l-Artikolu 40 flimkien ma’ impenji vinkolanti u infurzabbli tal-kontrollur jew il-proċessur fil-pajjiż terz biex jiġu applikati s-salvagwardji xierqa, inkluż fir-rigward tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data; jew

(f) mekkaniżmu approvat ta’ ċertifikazzjoni skont l-Artikolu 42 flimkien ma’ impenji vinkolanti u infurzabbli tal-kontrollur jew il-proċessur fil-pajjiż terz biex jiġu applikati s-salvagwardji xierqa, inkluż fir-rigward tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data.

3. Soġġett għall-awtorizzazzjoni mill-awtorità superviżorja kompetenti, is-salvagwardji xierqa msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu wkoll jiġu previsti, B’mod partikolari permezz ta’:

(a) klawżoli kuntrattwali bejn il-kontrollur jew il-proċessur u l-kontrollur, il-proċessur jew ir-riċevitur tad-data personali fil-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali; jew

(b) dispożizzjonijiet li għandhom jiddaħħlu f’arranġamenti amministrattivi bejn l-awtoritajiet jew il-korpi pubbliċi li jinkludu drittijiet infurzabbli u effettivi tas-suġġett tad-data.

4. L-awtorità superviżorja għandha tapplika l-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi fl-Artikolu 63 fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

Связанные статьи

5. L-awtorizzazzjonijiet minn Stat Membru jew awtorità superviżorja abbażi tal-Artikolu 26(2) tad-Direttiva 95/46/KE għandhom jibqgħu validi sakemm jiġu emendati, sostitwiti jew imħassra, jekk meħtieġ, minn dik l-awtorità superviżorja. Id-deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 26(4) tad-Direttiva 95/46/KE għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm jiġu emendati, sostitwiti jew imħassra, jekk meħtieġ, minn Deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

ISO 27701 Преамбулы Руководство и прецедентное право Оставить комментарий
ISO 27701

ISO/IEC 27701, принятый в 2019, добавил дополнительное руководство к ISO/IEC 27002 для контролеров персональных данных (ПИИ).

Приводим соответствующий параграф к статье 46 GDPR:

7.5.1 Определить основание для передачи ПИИ между юрисдикциями

Средство управления

Организация должна определить и задокументировать соответствующее основание для передачи ПИИ между юрисдикциями.

Руководство по внедрению

Передача ПИИ может быть предметом законодательства и / или регулирования в зависимости от юрисдикции или международной организации, которой данные должны быть переданы (и откуда они происходят).


для доступа к полному тексту

Преамбулы

(108) Fin-nuqqas ta' deċiżjoni dwar l-adegwatezza, il-kontrollur jew il-proċessur għandu jieħu miżuri sabiex jikkumpensa għan-nuqqas ta' protezzjoni tad-data f'pajjiż terz permezz ta' salvagwardji adatti għas-suġġett tad-data. Tali salvagwardji adatti jistgħu jikkonsistu mill-użu ta' regoli korporattivi vinkolanti, klawżoli standard dwar il-protezzjoni tad-data adottati mill-Kummissjoni, klawżoli standard dwar il-protezzjoni tad-data adottati minn awtorità superviżorja jew klawżoli kuntrattwali awtorizzati minn awtorità superviżorja. Dawk is-salvagwardji għandhom jiżguraw konformità mar-rekwiżiti għall-protezzjoni tad-data u d-drittijiet tas-suġġetti tad-data adatti għall-ipproċessar fl-Unjoni, inkluż id-disponibbiltà tad-drittijiet eżegwibbli tas-suġġett tad-data u tar-rimedji legali effettivi, inkluż id-dritt li jinkiseb rimedju amministrattiv jew ġudizzjarju effettiv u li jintalab kumpens, fl-Unjoni jew f'pajjiż terz. B'mod partikolari, għandhom jirrigwardaw il-konformità mal-prinċipji ġenerali dwar l-ipproċessar tad-data personali, il-prinċipji tal-protezzjoni tad-data mid-disinn u b'mod awtomatiku. Jistgħu jsiru trasferimenti wkoll mill-awtoritajiet jew mill-korpi pubbliċi ma' awtoritajiet jew korpi pubbliċi f'pajjiżi terzi jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali b'doveri jew funzjonijiet korrispondenti, inkluż abbażi ta' dispożizzjonijiet li jiddaħħlu f'arranġamenti amministrattivi, bħal memorandum ta' qbil, u jkunu previsti drittijiet infurzabbli u effettivi għas-suġġetti tad-data. L-awtorizzazzjoni mill-awtorità superviżorja kompetenti għandha tinkiseb meta jkun hemm provvediment għas-salvagwardji f'arranġamenti amministrattivi li ma jkunux legalment vinkolanti.

(109) Il-possibbiltà għall-kontrollur jew għall-proċessur li juża klawżoli standard dwar il-protezzjoni tad-data adottati mill-Kummissjoni jew minn awtorità superviżorja la għandha tipprevjeni l-kontrolluri jew il-proċessuri milli jinkludu l-klawżoli standard dwar il-protezzjoni tad-data f'kuntratt usa', bħal kuntratt bejn il-proċessur u proċessur ieħor, u lanqas ma għandha tipprevjenihom milli jżidu klawżoli oħrajn jew salvagwardji addizzjonali sakemm ma jikkontradixxux, b'mod dirett jew indirett, il-klawżoli kuntrattwali standard adottati mill-Kummissjoni jew minn awtorità superviżorja jew jippreġudikaw id-drittijiet jew il-libertajiet fundamentali tas-suġġetti tad-data. Il-kontrolluri u l-proċessuri għandhom jiġu mħeġġa jipprovdu salvagwardji addizzjonali permezz ta' impenji kuntrattwali li jissupplimentaw il-klawżoli ta' protezzjoni standard.

Руководство и прецедентное право Оставить комментарий
[js-disqus]