Навигация
GDPR > Artikolu 91. Regoli eżistenti dwar il-protezzjoni tad-data ta' knejjes u assoċjazzjonijiet reliġjużi
Скачать в PDF

Artikolu 91 RĠPD (GDPR). Regoli eżistenti dwar il-protezzjoni tad-data ta' knejjes u assoċjazzjonijiet reliġjużi

1. Fejn fi Stat Membru, knejjes u assoċjazzjonijiet jew komunitajiet reliġjużi japplikaw, fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, regoli komprensivi b’rabta mal-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar, tali regoli jistgħu jkomplu japplikaw, dment li dawn jinġiebu f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

2. Knejjes u assoċjazzjonijiet reliġjużi li japplikaw regoli komprensivi f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għas-superviżjoni ta’ awtorità superviżorja indipendenti, li tista’ tkun speċifika, dment li hija tissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu VI ta’ dan ir-Regolament.

Преамбулы Оставить комментарий
Преамбулы

(165) Dan ir-Regolament jirrispetta u ma jippreġudikax l-istatus skont id-dritt kostituzzjonali eżistenti ta' knejjes u assoċjazzjonijiet jew komunitajiet reliġjużi fl-Istati Membri, kif rikonoxxut fl-Artikolu 17 tat-TFUE.

Оставить комментарий
[js-disqus]