1. Il-Bord għandu joħroġ opinjoni fejn awtorità superviżorja kompetenti tkun biħsiebha tadotta kwalunkwe waħda mill-miżuri hawn taħt. Għal dak il-għan, l-awtorità superviżorja kompetenti għandha tikkomunika l-abbozz ta’ deċiżjoni lill-Bord, meta hija:
2. Kwalunkwe awtorità superviżorja, il-President tal-Bord jew il-Kummissjoni tista’ titlob li kwalunkwe kwistjoni ta’ applikazzjoni ġenerali jew li jkollha effetti f’aktar minn Stat Membru wieħed tiġi eżaminata mill-Bord bil-ħsieb li tinkiseb opinjoni, b’mod partikolari fejn awtorità superviżorja kompetenti ma tkunx f’konformità mal-obbligi ta’ assistenza reċiproka f’konformità mal-Artikolu 61 jew għal operazzjonijiet konġunti f’konformità mal-Artikolu 62.
3. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-Bord għandu joħroġ opinjoni dwar is-suġġett sottomess lilu dment li ma jkunx diġà ħareġ opinjoni dwar l-istess suġġett. Dik l-opinjoni għandha tiġi adottata fi żmien tmien ġimgħat b’maġġoranza sempliċi tal-membri tal-Bord. Dak il-perijodu jista’ jiġi estiż b’sitt ġimgħat oħra, filwaqt li jittieħed kont tal-kumplessità tas-suġġett. Fir-rigward tal-abbozz ta’ deċiżjoni msemmi fil-paragrafu 1 iċċirkolat lill-membri tal-Bord f’konformità mal-paragrafu 5, membru li ma jkunx oġġezzjona f’perijodu raġonevoli indikat mill-President għandu jitqies li jkun qabel mal-abbozz ta’ deċiżjoni.
4. L-awtoritajiet superviżorji u l-Kummissjoni għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jikkomunikaw b’mod elettroniku lill-Bord, bl-użu ta’ format standardizzat kwalunkwe informazzjoni rilevanti, inkluż skont kif ikun il-każ sommarju tal-fatti, l-abbozz ta’ deċiżjoni, ir-raġunijiet li jagħmlu l-mogħdija ta’ tali miżura meħtieġa, u l-fehmiet ta’ awtoritajiet superviżorji kkonċernati oħra.
(a) lill-membri tal-Bord u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe informazzjoni rilevanti li tkun ġiet ikkomunikata lilu bl-użu ta’ format standardizzat. Is-segretarjat tal-Bord għandu jipprovdi, fejn meħtieġ, traduzzjonijiet ta’ informazzjoni rilevanti; u
(b) lill-awtorità superviżorja msemmija, skont kif ikun il-każ, fil-paragrafi 1 u 2, u lill-Kummissjoni dwar l-opinjoni u jagħmilha pubblika.
6. L-awtorità superviżorja kompetenti ma għandhiex tadotta l-abbozz ta’ deċiżjoni tagħha msemmi fil-paragrafu 1 fil-perijodu msemmi fil-paragrafu 3.
7. L-awtorità superviżorja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tieħu kont bl-akbar reqqa tal-opinjoni tal-Bord u fi żmien ġimagħtejn wara li tirċievi l-opinjoni, għandha tikkomunika lill-President tal-Bord b’mod elettroniku jekk ser iżżomm jew temenda l-abbozz ta’ deċiżjoni tagħha u, jekk ikun hemm, l-abbozz emendat ta’ deċiżjoni, bl-użu ta’ format standardizzat.
(136) Fl-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta' konsistenza, il-Bord għandu joħroġ opinjoni, f'perijodu ta' żmien stabbilit, jekk dan jiġi deċiż mill-maġġoranza tal-membri tiegħu jew jekk jintalab jagħmel dan minn kwalunkwe awtorità superviżorja kkonċernata jew mill-Kummissjoni. Il-Bord għandu jkollu wkoll is-setgħa li jadotta deċiżjonijiet legalment vinkolanti fejn ikun hemm tilwim bejn l-awtoritajiet superviżorji. Għal dak il-għan, huwa għandu joħroġ, fil-prinċipju b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu, deċiżjonijiet legalment vinkolanti f'każijiet speċifikati b'mod ċar fejn ikun hemm fehmiet konfliġġenti fost l-awtoritajiet superviżorji, b'mod partikolari fil-mekkaniżmu ta' kooperazzjoni bejn l-awtorità superviżorja ewlenija u l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati dwar il-merti tal-każ, b'mod partikolari jekk kienx hemm ksur ta' dan ir-Regolament.