Навигация
GDPR > Artikolu 3. Kamp ta' applikazzjoni territorjali
Скачать в PDF

Artikolu 3 RĠPD (GDPR). Kamp ta' applikazzjoni territorjali

1. Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar tad-data personali fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ stabbilment ta’ kontrollur jew proċessur fl-Unjoni, indipendentement minn jekk l-ipproċessar iseħħx fl-Unjoni jew le.

Руководство и прецедентное право Преамбулы

(22) Kwalunkwe pproċessar ta' data personali fil-kuntest tal-attivitajiet ta' stabbiliment ta' kontrollur jew proċessur fl-Unjoni għandu jsir f'konformità ma' dan ir-Regolament, irrispettivament minn jekk l-ipproċessar innifsu jseħħx fl-Unjoni jew le. L-istabbiliment jimplika l-eżerċizzju effettiv u reali ta' attività permezz ta' arranġamenti stabbli. Il-forma legali ta' dawn l-arranġamenti, sew jekk permezz ta' fergħa jew sussidjarja b'personalità ġuridika, mhijiex il-fattur determinanti f'dak ir-rigward.

(14) Il-protezzjoni mogħtija minn dan ir-Regolament għandha tapplika għall-persuni fiżiċi, tkun xi tkun in-nazzjonalità jew il-post ta' residenza tagħhom, fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali tagħhom. Dan ir-Regolament ma jkoprix l-ipproċessar tad-data personali li tikkonċerna l-persuni ġuridiċi u b'mod partikolari l-impriżi stabbiliti bħala persuni ġuridiċi, inklużi l-isem u l-forma tal-persuna ġuridika u d-dettalji ta' kuntatt tal-persuna ġuridika.

Связанные статьи

2. Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar tad-data personali ta’ suġġetti tad-data li jinsabu fl-Unjoni minn kontrollur jew proċessur mhux stabbilit fl-Unjoni, meta l-attivitajiet ta’ pproċessar huma relatati ma’:

(a) l-offerta ta’ prodotti jew servizzi, irrispettivament jekk ikunx meħtieġ ħlas mis-suġġett tad-data, għal tali suġġetti tad-data fl-Unjoni; jew

Преамбулы

(23) Sabiex ikun żgurat li l-persuni fiżiċi ma jinċaħdux mill-protezzjoni li għandhom dritt għaliha skont dan ir-Regolament, l-ipproċessar ta' data personali ta' suġġetti tad-data li jinsabu fl-Unjoni minn kontrollur jew proċessur mhux stabbilit fl-Unjoni, għandu jkun soġġett għal dan ir-Regolament fejn l-attivitajiet ta' pproċessar ikunu relatati mal-offerta ta' prodotti jew servizzi lil dawn is-suġġetti tad-data irrispettivament minn jekk dawn ikunux marbutin ma' ħlas jew le. Sabiex jiġi determinat jekk tali kontrollur jew proċessur ikunx qiegħed joffri prodotti jew servizzi lil suġġetti tad-data li jinsabu fl-Unjoni, għandu jiġi aċċertat jekk ikunx jidher li l-kontrollur jew proċessur ikun qiegħed jipprevedi li joffri servizzi lil suġġetti tad-data fi Stat Membru wieħed jew aktar fl-Unjoni. Filwaqt li s-sempliċi aċċessibbiltà għas-sit elettroniku tal-kontrollur, tal-proċessur jew ta' intermedjarju fl-Unjoni, jew għall-indirizz elettroniku jew għad-dettalji ta' kuntatt oħrajn, jew l-użu ta' lingwa użata b'mod ġenerali fil-pajjiż terz fejn ikun stabbilit il-kontrollur, mhijiex biżżejjed biex tiġi aċċertata tali intenzjoni, fatturi bħall-użu ta' lingwa jew munita użati b'mod ġenerali fi Stat Membru wieħed jew aktar bil-possibbiltà li jiġu ordnati prodotti u servizzi f'dik il-lingwa, jew ir-referenza għal klijenti jew utenti li jinsabu fl-Unjoni, jistgħu juru li l-kontrollur biħsiebu joffri prodotti jew servizzi lil suġġetti tad-data fl-Unjoni.

Связанные статьи

(b) il-monitoraġġ tal-imġiba tagħhom sakemm l-imġiba tagħhom isseħħ fl-Unjoni.

Преамбулы

(24) L-ipproċessar ta' data personali ta' suġġetti tad-data li jinsabu fl-Unjoni minn kontrollur jew proċessur mhux stabbilit fl-Unjoni għandu wkoll ikun soġġett għal dan ir-Regolament meta jkun relatat mal-monitoraġġ tal-imġiba ta' tali suġġetti tad-data sa fejn l-imġiba tagħhom isseħħ fl-Unjoni. Sabiex ikun iddeterminat jekk attività ta' pproċessar tistax titqies li tissorvelja l-imġiba tas-suġġetti tad-data, għandu jkun aċċertat jekk il-persuni fiżiċi humiex segwiti fuq l-internet inkluż l-użu potenzjali sussegwenti ta' tekniki ta' pproċessar tad-data personali li jikkonsistu mit-tfassil ta' profil ta' peruna fiżika, b'mod partikolari sabiex jittieħdu deċiżjonijiet li jirrigwardawha jew għall-analiżi jew it-tbassir tal-preferenzi, l-imġiba u l-attitudnijiet personali tagħha.

Связанные статьи

3. Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar tad-data personali minn kontrollur mhux stabbilit fl-Unjoni, iżda f’post fejn tapplika l-liġi ta’ Stat Membru permezz tal-liġi internazzjonali pubblika.

Преамбулы

(25) Fejn il-liġi ta' Stat Membru tkun tapplika permezz tad-dritt internazzjonali pubbliku, dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal kontrollur mhux stabbilit fl-Unjoni, bħal fil-każ ta' missjoni diplomatika jew uffiċċju konsulari ta' Stat Membru.

Комментарий эксперта Преамбулы Руководство и прецедентное право Оставить комментарий
Комментарий эксперта

Попадает ли наша компания под действие Регламента GDPR?” — это один из самых частых вопросов. И связан он, в том числе, с определением территории действия этого европейского документа.

Вот вам небольшой тест для самопроверки:

 

Применяется ли GDPR в данных ситуациях?

  1. Российское мобильное приложение обрабатывает данные о геолокации российских и иностранных граждан, находящихся в ЕС.
  2. Белорусский сайт знакомств собирает контактные данные всех своих пользователей. На сайте зарегистрированы также американцы и европейцы, приезжающие в Беларусь и желающие познакомиться с местными девушками.
  3. Итальянская сеть открыла новый отель в Киеве, в котором останавливаются как европейцы, так и граждане других стран. Регистрация постояльцев ведется на итальянском сайте, а данные обрабатываются в головном офисе управляющей компании в Италии.
  4. Американская платформа обучения использует персональные данные, чтобы продавать онлайн-курсы по всему миру.
  5. Граждане ЕС, которые находятся на отдыхе в Индии, пришли в местный офис австрийской авиакомпании в Мумбаи, чтобы на пару дней слетать на Бали. Для этого были собраны данные паспортов и банковской карты, а также информация о том, что пассажиры вегетарианцы.
  6. На сайт компании из Ростова-на-Дону 2-3 раза в месяц заходят пользователи из ЕС и заказывают доставку цветов по городу для своих родственников и любимых. Сайт на русском языке, доставка только по Ростову, валюта оплаты — российский рубль. 

 

Если вы сомневаетесь в ответах — то читайте дальше и смотрите подробный разбор в видеоуроке внизу статьи.

Схема «Территория действия GDPR»

3 случая, когда необходимо соблюдать Регламент: 

1. Если обработка данных ведется в контексте деятельности организационной единицы в ЕС. Другими словами, если офис физически находится в любой из стран Евросоюза, и в этом офисе производится обработка данных, то GDPR обязателен. Поэтому правильный ответ на 3-й вопрос, про итальянский отель в Киеве, — да, GDPR необходим.

К слову, этот пункт распространяется не только на физический офис или зарегистрированное юрлицо. Есть много других неочевидных примеров того, что следует считать “контекстом деятельности организационной единицы”. Мы рассказали о них подробнее на видео.


для доступа к полному тексту

Автор
Siarhei Varankevich
Сергей Воронкевич CIPP/E, CIPM, CIPT, MBA, FIP
FIP_IAPP
Сооснователь и директор DPO LLC. Тренер и ведущий консультант
Преамбулы

(22) Kwalunkwe pproċessar ta' data personali fil-kuntest tal-attivitajiet ta' stabbiliment ta' kontrollur jew proċessur fl-Unjoni għandu jsir f'konformità ma' dan ir-Regolament, irrispettivament minn jekk l-ipproċessar innifsu jseħħx fl-Unjoni jew le. L-istabbiliment jimplika l-eżerċizzju effettiv u reali ta' attività permezz ta' arranġamenti stabbli. Il-forma legali ta' dawn l-arranġamenti, sew jekk permezz ta' fergħa jew sussidjarja b'personalità ġuridika, mhijiex il-fattur determinanti f'dak ir-rigward.

(23) Sabiex ikun żgurat li l-persuni fiżiċi ma jinċaħdux mill-protezzjoni li għandhom dritt għaliha skont dan ir-Regolament, l-ipproċessar ta' data personali ta' suġġetti tad-data li jinsabu fl-Unjoni minn kontrollur jew proċessur mhux stabbilit fl-Unjoni, għandu jkun soġġett għal dan ir-Regolament fejn l-attivitajiet ta' pproċessar ikunu relatati mal-offerta ta' prodotti jew servizzi lil dawn is-suġġetti tad-data irrispettivament minn jekk dawn ikunux marbutin ma' ħlas jew le. Sabiex jiġi determinat jekk tali kontrollur jew proċessur ikunx qiegħed joffri prodotti jew servizzi lil suġġetti tad-data li jinsabu fl-Unjoni, għandu jiġi aċċertat jekk ikunx jidher li l-kontrollur jew proċessur ikun qiegħed jipprevedi li joffri servizzi lil suġġetti tad-data fi Stat Membru wieħed jew aktar fl-Unjoni. Filwaqt li s-sempliċi aċċessibbiltà għas-sit elettroniku tal-kontrollur, tal-proċessur jew ta' intermedjarju fl-Unjoni, jew għall-indirizz elettroniku jew għad-dettalji ta' kuntatt oħrajn, jew l-użu ta' lingwa użata b'mod ġenerali fil-pajjiż terz fejn ikun stabbilit il-kontrollur, mhijiex biżżejjed biex tiġi aċċertata tali intenzjoni, fatturi bħall-użu ta' lingwa jew munita użati b'mod ġenerali fi Stat Membru wieħed jew aktar bil-possibbiltà li jiġu ordnati prodotti u servizzi f'dik il-lingwa, jew ir-referenza għal klijenti jew utenti li jinsabu fl-Unjoni, jistgħu juru li l-kontrollur biħsiebu joffri prodotti jew servizzi lil suġġetti tad-data fl-Unjoni.

(24) L-ipproċessar ta' data personali ta' suġġetti tad-data li jinsabu fl-Unjoni minn kontrollur jew proċessur mhux stabbilit fl-Unjoni għandu wkoll ikun soġġett għal dan ir-Regolament meta jkun relatat mal-monitoraġġ tal-imġiba ta' tali suġġetti tad-data sa fejn l-imġiba tagħhom isseħħ fl-Unjoni. Sabiex ikun iddeterminat jekk attività ta' pproċessar tistax titqies li tissorvelja l-imġiba tas-suġġetti tad-data, għandu jkun aċċertat jekk il-persuni fiżiċi humiex segwiti fuq l-internet inkluż l-użu potenzjali sussegwenti ta' tekniki ta' pproċessar tad-data personali li jikkonsistu mit-tfassil ta' profil ta' peruna fiżika, b'mod partikolari sabiex jittieħdu deċiżjonijiet li jirrigwardawha jew għall-analiżi jew it-tbassir tal-preferenzi, l-imġiba u l-attitudnijiet personali tagħha.

(25) Fejn il-liġi ta' Stat Membru tkun tapplika permezz tad-dritt internazzjonali pubbliku, dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal kontrollur mhux stabbilit fl-Unjoni, bħal fil-każ ta' missjoni diplomatika jew uffiċċju konsulari ta' Stat Membru.

Руководство и прецедентное право Оставить комментарий
[js-disqus]