Навигация
GDPR > Artikolu 33. Notifika ta' ksur ta' data personali lill-awtorità superviżorja
Скачать в PDF

Artikolu 33 RĠPD (GDPR). Notifika ta' ksur ta' data personali lill-awtorità superviżorja

1. Fil-każ ta’ ksur ta’ data personali, il-kontrollur għandu mingħajr dewmien bla bżonn u, fejn fattibbli, mhux aktar tard minn 72 siegħa wara li jkun sar jaf bih, jinnotifika l-ksur tad-data personali lill-awtorità superviżorja kompetenti f’konformità mal-Artikolu 55 ħlief jekk il-ksur ta’ data personali x’aktarx ma jirriżultax f’riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi. Fejn in-notifika lill-awtorità superviżorja ma ssirx fi żmien 72 siegħa, hija għandha tkun akkumpanjata minn raġunijiet għad-dewmien.

Связанные статьи

2. Il-proċessur għandu jinnotifika lill-kontrollur mingħajr dewmien żejjed wara li jkun sar konxju ta’ ksur ta’ data personali.

3. In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha mill-inqas:

(a) tiddeskrivi n-natura tal-ksur ta’ data personali inklużi, fejn hu possibbli, il-kategoriji u n-numru approssimattiv tas-suġġetti tad-data kkonċernati u l-kategoriji u n-numru approssimattiv ta’ data personali rreġistrata kkonċernata;

(b) tagħti l-isem u d-dettalji tal-kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data jew ta’ punt ta’ kuntatt ieħor minn fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni;

(c) tiddeskrivi l-konsegwenzi mistennija tal-ksur ta’ data personali;

(d) tiddeskrivi l-miżuri mittieħda jew proposti li jridu jittieħdu mill-kontrollur sabiex jindirizza l-ksur ta’ data personali, inkluż, fejn xieraq, miżuri biex itaffi l-effetti ħżiena possibbli.

4. Fejn, u sa fejn mhuwiex possibbli li tiġi pprovduta l-informazzjoni fl-istess ħin, l-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta f’fażijiet mingħajr dewmien bla bżonn.

5. Il-kontrollur għandu jiddokumenta kwalunkwe ksur ta’ data personali, inklużi l-fatti relattivi għall-ksur tad-data personali, l-effetti tiegħu u l-azzjoni ta’ rimedju meħuda. Dik id-dokumentazzjoni għandha tippermetti lill-awtorità superviżorja tivverifika l-konformità ma’ dan l-Artikolu.

ISO 27701 Преамбулы Руководство и прецедентное право Оставить комментарий
ISO 27701

ISO/IEC 27701, принятый в 2019, добавил дополнительное руководство к ISO/IEC 27002 для контролеров персональных данных (ПИИ).

Приводим соответствующий параграф к статье 33 GDPR:

6.13.1.1 Обязанности и процедуры

Руководство по внедрению

В рамках общего процесса управления инцидентами информационной безопасности организация должна установить обязанности и процедуры для выявления и регистрации нарушений PII. Кроме того, организация должна установить обязанности и процедуры, связанные с уведомлением требуемых сторон о нарушениях PII (включая время таких уведомлений) и раскрытием властям, принимая во внимание применимое законодательство и / или регулирование.


для доступа к полному тексту

Преамбулы

(75) Ir-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi, bi probabbiltà u gravità li jvarjaw, jistgħu jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ data personali li tista’ twassal għal dannu fiżiku, materjali jew mhux materjali, b’mod partikolari fejn l-ipproċessar jista’ jagħti lok għal diskriminazzjoni, serq ta’ identità jew frodi, telf finanzjarju, dannu għar-reputazzjoni, telf ta’ kunfidenzjalità ta’ data personali protetta mis-segretezza professjonali, it-treġġigħ lura mhux awtorizzat tal-psewdonimizzazzjoni, jew kwalunkwe żvantaġġ ekonomiku jew soċjali sinifikanti ieħor; jew fejn is-suġġetti tad-data jistgħu jiġu mċaħħda mid-drittijiet u l-libertajiet tagħhom jew impediti milli jeżerċitaw kontroll fuq id-data personali tagħhom; fejn tiġi pproċessata data personali li tiżvela l-oriġini razzjali jew etnika, l-opinjonijiet politiċi, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, is-sħubija fi trade union, u l-ipproċessar ta’ data ġenetika, data dwar is-saħħa jew data dwar il-ħajja sesswali jew kundanni kriminali u reati jew miżuri ta’ sigurtà relatati; fejn l-aspetti personali jiġu evalwati, b’mod partikolari l-analiżi jew it-tbassir ta’ aspetti rigward il-prestazzjoni fuq ix-xogħol, is-sitwazzjoni ekonomika, is-saħħa, il-preferenzi jew l-interessi personali, l-affidabbiltà jew l-imġiba, il-lokalizzazzjoni jew il-movimenti, sabiex jinħolqu jew jintużaw profili personali; fejn tiġi proċessata data personali ta’ persuni fiżiċi vulnerabbli, b’mod partikolari ta’ tfal; jew fejn l-ipproċessar jinvolvi ammont kbir ta’ data personali u jaffettwa numru kbir ta’ suġġetti tad-data.

(85) Il-vjolazzjoni ta' data personali tista', jekk ma tiġix indirizzata b'mod adegwat u fil-ħin, tirriżulta f'dannu fiżiku, materjali jew mhux materjali lill-persuni fiżiċi bħat-telf ta' kontroll tad-data personali tagħhom jew limitazzjoni tad-drittijiet tagħhom, diskriminazzjoni, serq tal-identità jew frodi, telf finanzjarju, it-treġġigħ lura mhux awtorizzat tal-psewdonimizzazzjoni, dannu għar-reputazzjoni, telf ta' kunfidenzjalità tad-data personali protetta mis-segretezza professjonali jew kwalunkwe żvantaġġ ekonomiku jew soċjali ieħor għall-persuna fiżika kkonċernata. Għalhekk, malli l-kontrollur jinduna li sar ksur ta' data personali, il-kontrollur għandu jinnotifika l-ksur tad-data personali lill-awtorità superviżorja mingħajr dewmien bla bżonn u, fejn fattibbli, mhux aktar tard minn 72 siegħa wara li jkun sar jaf bih, sakemm il-kontrollur ma jkunx kapaċi juri, f'konformità mal-prinċipju tar-responsabbiltà, li l-ksur ta' data personali x'aktarx ma jirriżultax f'riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi. Fejn tali notifika ma tkunx tista' tinkiseb fi żmien 72 siegħa, in-notifika għandha tkun akkumpanjata mir-raġunijiet tad-dewmien u tista' tingħata informazzjoni f'fażijiet mingħajr aktar dewmien bla bżonn.

(87) Għandu jiġi vverifikat jekk kull protezzjoni teknoloġika xierqa u miżuri organizzattivi ġewx implimentati biex jiġi stabbilit immedjatament jekk seħħitx vjolazzjoni ta' data personali u biex jiġu informati minnufih l-awtorità superviżorja u s-suġġett tad-data. Il-fatt li n-notifika saret mingħajr dewmien żejjed għandu jiġi stabbilit filwaqt li jitqiesu b'mod partikolari n-natura u l-gravità tal-vjolazzjoni tad-data personali u l-konsegwenzi u l-effetti negattivi tagħha għas-suġġett tad-data. Notifika bħal din tista' tirriżulta f'intervent mill-awtorità superviżorja f'konformità mal-kompiti u s-setgħat tagħha stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(88) Waqt l-istabbiliment ta' regoli dettaljati dwar il-format u l-proċeduri applikabbli għan-notifika ta' vjolazzjoni ta' data personali, għandha tingħata konsiderazzjoni xierqa liċ-ċirkostanzi ta' dik il-vjolazzjoni, inkluż jekk id-data personali kinitx protetta b'miżuri adatti ta' protezzjoni teknika, li jnaqqsu b'mod effettiv il-possibbiltà ta' frodi tal-identità jew forom oħra ta' użu ħażin. Barra minn hekk, dawn ir-regoli u l-proċeduri għandhom jikkunsidraw l-interessi leġittimi tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fejn l-iżvelar bikri jista' jxekkel mingħajr bżonn l-investigazzjoni taċ-ċirkostanzi ta' vjolazzjoni ta' data personali.

Руководство и прецедентное право Оставить комментарий
[js-disqus]