Навигация
Скачать в PDF

Artikolu 72 RĠPD (GDPR). Proċedura

1. Il-Bord għandu jieħu deċiżjonijiet permezz ta’ maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu, sakemm mhux previst mod ieħor f’dan ir-Regolament.

2. Il-Bord għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu stess permezz ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu u jorganizza l-arranġamenti operazzjonali tiegħu stess.