Navigazzjoni
RĠPD (GDPR) > Artikolu 49. Derogi għal sitwazzjonijiet speċifiċi
Download PDF

Artikolu 49 RĠPD (GDPR). Derogi għal sitwazzjonijiet speċifiċi

1. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni dwar l-adegwatezza skont l-Artikolu 45(3), jew salvagwardji xierqa skont l-Artikolu 46, inklużi regoli korporattivi vinkolanti, trasferiment jew sett ta’ trasferimenti ta’ data personali lejn pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali għandu jseħħ biss b’waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

Testi relatati

(a) is-suġġett tad-data jkun espliċitament ta kunsens għat-trasferiment propost, wara li jkun ġie informat bir-riskji possibbli ta’ tali trasferimenti għas-suġġett tad-data minħabba n-nuqqas ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza u salvagwardji xierqa;

(b) it-trasferiment ikun meħtieġ għat-twettiq ta’ kuntratt bejn is-suġġett tad-data u l-kontrollur jew l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ qabel il-kuntratt meħuda fuq talba tas-suġġett tad-data;

(c) it-trasferiment ikun meħtieġ għall-konklużjoni jew it-twettiq ta’ kuntratt konkluż fl-interess tas-suġġett tad-data bejn il-kontrollur u persuna fiżika jew ġuridika oħra;

(d) it-trasferiment ikun meħtieġ għal raġunijiet importanti ta’ interess pubbliku;

(e) it-trasferiment ikun meħtieġ għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta’ talbiet legali;

(f) it-trasferiment ikun meħtieġ sabiex jiġu protetti l-interessi vitali tas-suġġett tad-data jew ta’ persuni oħra, fejn is-suġġett tad-data ma jkunx fiżikament jew legalment kapaċi li jagħti l-kunsens;

(g) it-trasferiment isir minn reġistru li skont il-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru huwa maħsub biex jipprovdi informazzjoni lill-pubbliku u li huwa miftuħ għall-konsultazzjoni jew mill-pubbliku inġenerali inkella minn kwalunkwe persuna li tista’ turi interess leġittimu, iżda biss sa fejn jiġu sodisfatti fil-każ partikolari l-kondizzjonijiet stipulati mil-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru għall-konsultazzjoni.

Fejn trasferiment ma setgħax ikun ibbażat fuq dispożizzjoni fl-Artikoli 45 jew 46, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar regoli korporattivi vinkolanti, u l-ebda waħda mid-derogi għal sitwazzjoni speċifika msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma tkun applikabbli, it-trasferiment ma jkunx ripetittiv, jikkonċerna biss għadd limitat ta’ suġġetti tad-data, ikun meħtieġ għall-għanijiet ta’ interessi leġittimi konvinċenti mfittxija mill-kontrollur li ma jingħelbux mill-interessi jew id-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data, u l-kontrollur ikun ivvaluta ċ-ċirkostanzi kollha madwar it-trasferiment tad-data u abbażi ta’ dik il-valutazzjoni pprovda salvagwardji xierqa fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali. Il-kontrollur għandu jinforma lill-awtorità superviżorja bit-trasferiment. Il-kontrollur għandu, barra milli jipprovdi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 13 u 14, jinforma lis-suġġett tad-data dwar it-trasferiment u dwar l-interessi leġittimi konvinċenti segwiti.

Testi relatati

2. Trasferiment skont il-punt (g) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ma għandux jinvolvi t-totalità tad-data personali jew kategoriji sħaħ tad-data personali li jinsabu fir-reġistru. Fejn ir-reġistru huwa maħsub għall-konsultazzjoni minn persuni li jkollhom interess leġittimu, it-trasferiment għandu jsir biss fuq it-talba ta’ dawk il-persuni jew jekk ser ikunu r-riċevituri.

3. Il-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u t-tieni subparagrafu tiegħu ma għandhomx japplikaw għal attivitajiet imwettqa minn awtoritajiet pubbliċi fl-eżerċizzju tas-setgħat pubbliċi tagħhom.

4. L-interess pubbliku msemmi fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu jiġi rikonoxxut fil-liġi tal-Unjoni jew tal-Istat Membru li għaliha jkun soġġett il-kontrollur.

5. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni dwar l-adegwatezza, il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi tal-Istat Membru tista’, għal raġunijiet importanti ta’ interess pubbliku, espressament tistabbilixxi limiti għat-trasferiment ta’ kategoriji speċifiċi tad-data personali lejn pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw tali dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

6. Il-kontrollur jew il-proċessur għandu jiddokumenta l-valutazzjoni kif ukoll is-salvagwardji xierqa msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fir-reġistri msemmija fl-Artikolu 30.

Testi relatati
ISO 27701 Premessi Linji ta 'Gwida & Ġurisprudenza Ħalli kumment
ISO 27701

(EN) ISO/IEC 27701, adopted in 2019, added additional ISO/IEC 27002 guidance for PII controllers.

Here is the relevant paragraph to article 49 GDPR:

7.5.1 Identify basis for PII transfer between jurisdictions

Control

The organization should identify and document the relevant basis for transfers of PII between jurisdictions.

Implementation guidance

PII transfer can be subject to legislation and/or regulation depending on the jurisdiction or international organization to which data is to be transferred (and from where it originates).

(EN) […]


to read the full text

Premessi

(111) Għandha tiġi prevista l-possibbiltà ta' trasferimenti f'ċerti ċirkostanzi fejn is-suġġett tad-data jkun ta l-kunsens espliċitu tiegħu, fejn it-trasferiment ikun okkażjonali u neċessarju fir-rigward ta' kuntratt jew talba legali, irrispettivament minn jekk dan ikunx fi proċedura ġudizzjarja jew fi proċedura amministrattiva jew extraġudizzjarja, inklużi proċeduri quddiem korpi regolatorji. Għandha tkun prevista l-possibbiltà ta' trasferimenti fejn dawn ikunu meħtieġa minn raġunijiet importanti ta' interess pubbliku stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru jew fejn it-trasferiment isir minn reġistru stabbilit bil-liġi u maħsub għall-konsultazzjoni mill-pubbliku jew minn persuni li jkollhom interess leġittimu. F'dan l-aħħar każ dan it-trasferiment ma għandux jinvolvi d-data personali kollha jew kategoriji sħaħ tad-data li tinsab fir-reġistru u, meta r-reġistru huwa maħsub għall-konsultazzjoni mill-pubbliku jew persuni li jkollhom interess leġittimu, it-trasferiment għandu jsir biss fuq it-talba ta' dawk il-persuni jew, jekk sejrin ikunu r-riċevituri, filwaqt illi jitqiesu għalkollox l-interessi u d-drittijiet fundamentali tas-suġġett tad-data.

(112) Dawk id-derogi għandhom japplikaw b'mod partikolari għal trasferimenti ta' data meħtieġa u neċessarji għal raġunijiet importanti ta' interess pubbliku, pereżempju f'każijiet ta' skambju bejn awtoritajiet tal-kompetittività, amministrazzjonijiet tat-taxxa jew tad-dwana, bejn awtoritajiet superviżorji finanzjarji, bejn servizzi kompetenti għal kwistjonijiet ta' sigurtà soċjali, jew għas-saħħa pubblika, pereżempju fil-każ ta' traċċar ta' kuntatti għal mard li jittieħed jew sabiex jitnaqqas u/jew jiġi eliminat id-doping fl-isport. Trasferiment ta' data personali għandu wkoll jitqies bħala legali fejn ikun meħtieġ għall-protezzjoni ta' interess li hu essenzjali għall-interessi vitali, inkluża l-integrità fiżika jew il-ħajja tas-suġġett tad-data jew ta' persuna oħra, jekk is-suġġett tad-data ma jkunx jista' jagħti l-kunsens. Fin-nuqqas ta' deċiżjoni ta' adegwatezza, id-dritt tal-Unjoni jew il-liġi tal-Istat Membru tista', għal raġunijiet importanti ta' interess pubbliku, apposta tistabbilixxi limiti għat-trasferiment ta' kategoriji speċifiċi ta' data lejn pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali. L-Istati Membri għandhom jagħtu notifika dwar tali dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni. Kwalunkwe trasferiment lil organizzazzjoni umanitarja internazzjonali ta' data personali ta' suġġett tad-data li mhuwiex fiżikament jew legalment kapaċi li jagħti kunsens, bil-ħsieb li jitwettaq kompitu dovut taħt il-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra jew li jkun hemm konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali applikabbli f'kunflitti armati, jista' jitqies bħala neċessarju għal raġuni importanti ta' interess pubbliku jew għaliex ikun fl-interess vitali tas-suġġett tad-data.

(113) It-trasferimenti li jistgħu jiġu kkwalifikati bħala mhux ripetittivi u li jikkonċernaw biss għadd limitat ta' suġġetti tad-data, jistgħu jkunu possibbli għall-għanijiet tal-interessi leġittimi konvinċenti segwiti mill-kontrollur, meta dawk l-interessi ma jkunux megħluba mill-interessi jew id-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data u meta l-kontrollur ikun ivvaluta ċ-ċirkostanzi kollha madwar it-trasferiment tad-data. Il-kontrollur għandu jagħti konsiderazzjoni partikolari lin-natura tad-data personali, l-għan u t-tul tal-operazzjoni jew tal-operazzjonijiet ta' pproċessar proposti, kif ukoll lis-sitwazzjoni fil-pajjiż ta' oriġini, il-pajjiż terz u l-pajjiż tad-destinazzjoni finali, u għandu jipprovdi salvagwardji xierqa ppreżentati biex jipproteġu d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali tagħhom. Tali trasferimenti għandhom ikunu possibbli biss f'każijiet residwi fejn l-ebda waħda mir-raġunijiet l-oħra għal trasferiment ma tapplika. Għall-finijiet ta' riċerka xjentifika jew storika jew finijiet ta' statistika, għandu jittieħed kont tal-aspettattivi leġittimi tas-soċjetà għal żieda fl-għarfien. Il-kontrollur għandu jinforma lill-awtorità superviżorja u s-suġġett tad-data bit-trasferiment.

(114) Fi kwalunkwe każ, fejn il-Kummissjoni ma tkun ħadet l-ebda deċiżjoni dwar il-livell adegwat ta' protezzjoni tad-data f'pajjiż terz, il-kontrollur jew il-proċessur għandu juża soluzzjonijiet li jipprovdu lis-suġġetti tad-data bi drittijiet infurzabbli u effettivi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data tagħhom fl-Unjoni ladarba dik id-data tkun trasferita sabiex jibqgħu jgawdu mid-drittijiet fundamentali u s-salvagwardji.

(115) Xi pajjiżi terzi jadottaw liġijiet, regolamenti u atti legali oħrajn li jkunu intenzjonati li jirregolaw direttament l-attivitajiet ta' pproċessar ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri. Dan jista' jinkludi sentenzi ta' qrati jew tribunali jew deċiżjonijiet ta' awtoritajiet amministrattivi f'pajjiżi terzi li jirrikjedu li kontrollur jew proċessur jittrasferixxi jew jiżvela data personali, u li mhumiex ibbażati fuq ftehim internazzjonali, bħal trattat ta' assistenza legali reċiproka, li jkun fis-seħħ bejn il-pajjiż terz rikjedenti u l-Unjoni jew Stat Membru. L-applikazzjoni extraterritorjali ta' dawk il-liġijiet, regolamenti u atti legali oħrajn tista' tikser id-dritt internazzjonali u tista' xxekkel il-kisba tal-protezzjoni ta' persuni fiżiċi żgurata fl-Unjoni b'dan ir-Regolament. It-trasferimenti għandhom ikunu permessi biss fejn ikunu ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għal trasferiment lejn pajjiż terz. Dan jista' jkun il-każ, fost l-oħrajn, fejn l-iżvelar huwa meħtieġ għal raġuni importanti ta' interess pubbliku rikonoxxuta fil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru li għaliha jkun soġġett il-kontrollur.

Linji ta 'Gwida & Ġurisprudenza Ħalli kumment
[js-disqus]