Navigazzjoni
RĠPD (GDPR) > Artikolu 98. Rieżami ta' atti legali oħra tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data
Download PDF

Artikolu 98 RĠPD (GDPR). Rieżami ta' atti legali oħra tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data

Il-Kummissjoni għandha, jekk xieraq, tissottometti proposti leġiżlattivi bil-ħsieb li jiġu emendati atti legali oħra tal-Unjoni għall-protezzjoni ta’ data personali, sabiex tiġi żgurata protezzjoni uniformi u konsistenti ta’ persuni fiżiċi individwi fir-rigward tal-ipproċessar. Dan għandu jikkonċerna b’mod partikolari r-regoli relatati mal-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data.

Premessi Ħalli kumment
Premessi

(170) Minħabba li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jkun żgurat livell ugwali ta' protezzjoni tal-persuni fiżiċi u l-fluss liberu ta' data personali fl-Unjoni kollha, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir- Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan.

Ħalli kumment
[js-disqus]