1. B’kont meħud tan-natura, l-ambitu, il-kuntest, u l-għanijiet tal-ipproċessar kif ukoll ir-riskji ta’ probabbiltà u gravità li jvarjaw għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi, il-kontrollur għandu jimplimenta miżuri tekniċi u organizzattivi adatti biex jiżgura u jkun jista’ juri li l-ipproċessar isir f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri għandhom jiġu rieżaminati u aġġornati fejn meħtieġ.
2. Fejn dawn ikunu proporzjonati fir-rigward ta’ attivitajiet ta’ pproċessar, il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu l-implimentazzjoni ta’ politiki adatti dwar il-protezzjoni tad-data mill-kontrollur.
(EN) ISO/IEC 27701, adopted in 2019, added a requirement additional to ISO/IEC 27002, section 5.1.1.
Here is the relevant paragraph to article 24(2) GDPR:
6.2.1.1 Policies for information security
Implementation guidance
Either by the development of separate privacy policies, or by the augmentation of information security policies, the organization should produce a statement concerning support for and commitment to achieving compliance with applicable PII protection legislation and/or regulation and with the contractual terms agreed between the organization and its partners, its subcontractors and its applicable third parties (customers, suppliers etc.), which should clearly allocate responsibilities between them.
(EN) […]
(EN) Sign in
to read the full text
3. Il-konformità mal-kodiċijiet tal-kondotta kif imsemmi fl-Artikolu 40 jew mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni approvati kif imsemmi fl-Artikolu 42 jistgħu jintużaw bħala element li bih tintwera l-konformità mal-obbligi tal-kontrollur.
(EN) ISO/IEC 27701, adopted in 2019, added a requirement additional to ISO/IEC 27001, section 4.1.
Here is the relevant paragraph to article 24(3) GDPR:
5.2.1 Understanding the organization and its context
The organization shall include among its interested parties (see ISO/IEC 27001:2013, 4.2), those parties having interests or responsibilities associated with the processing of PII, including the PII principals.
(EN) […]
(EN) Sign in
to read the full text
(EN) A controller is a person or an organization that determines the personal data to process and the purposes and means of the processing (Article 4(7)). The definition rightly points to the decision-making capacity of the entity that “decides why and how data will be processed” (ULD Schleswig-Holstein/Wirtschaftsakademie, Opinion of Advocate General).
(EN) […]
(EN) Sign in
to read the full text
(74) Ir-responsabbiltà tal-kontrollur għal kwalunkwe pproċessar ta' data personali li jitwettaq mill-kontrollur jew f'isem il-kontrollur għandha tiġi stabbilita. B'mod partikolari, il-kontrollur għandu jkun obbligat jimplimenta miżuri adatti u effettivi u jkun jista' juri l-konformità tal-attivitajiet ta' pproċessar ma' dan ir-Regolament, inkluża l-effettività tal-miżuri. Dawk il-miżuri għandhom jikkunsidraw in-natura, l-ambitu, il-kuntest u l-għanijiet tal-ipproċessar u r-riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi.
(75) Ir-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi, bi probabbiltà u gravità li jvarjaw, jistgħu jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ data personali li tista’ twassal għal dannu fiżiku, materjali jew mhux materjali, b’mod partikolari fejn l-ipproċessar jista’ jagħti lok għal diskriminazzjoni, serq ta’ identità jew frodi, telf finanzjarju, dannu għar-reputazzjoni, telf ta’ kunfidenzjalità ta’ data personali protetta mis-segretezza professjonali, it-treġġigħ lura mhux awtorizzat tal-psewdonimizzazzjoni, jew kwalunkwe żvantaġġ ekonomiku jew soċjali sinifikanti ieħor; jew fejn is-suġġetti tad-data jistgħu jiġu mċaħħda mid-drittijiet u l-libertajiet tagħhom jew impediti milli jeżerċitaw kontroll fuq id-data personali tagħhom; fejn tiġi pproċessata data personali li tiżvela l-oriġini razzjali jew etnika, l-opinjonijiet politiċi, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, is-sħubija fi trade union, u l-ipproċessar ta’ data ġenetika, data dwar is-saħħa jew data dwar il-ħajja sesswali jew kundanni kriminali u reati jew miżuri ta’ sigurtà relatati; fejn l-aspetti personali jiġu evalwati, b’mod partikolari l-analiżi jew it-tbassir ta’ aspetti rigward il-prestazzjoni fuq ix-xogħol, is-sitwazzjoni ekonomika, is-saħħa, il-preferenzi jew l-interessi personali, l-affidabbiltà jew l-imġiba, il-lokalizzazzjoni jew il-movimenti, sabiex jinħolqu jew jintużaw profili personali; fejn tiġi proċessata data personali ta’ persuni fiżiċi vulnerabbli, b’mod partikolari ta’ tfal; jew fejn l-ipproċessar jinvolvi ammont kbir ta’ data personali u jaffettwa numru kbir ta’ suġġetti tad-data.
(76) Il-probabbiltà u l-gravità tar-riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data għandhom jiġu ddeterminati b'referenza għan-natura, l-ambitu, il-kuntest u l-għanijiet tal-ipproċessar tad-data. Ir-riskju għandu jiġi evalwat abbażi ta' valutazzjoni oġġettiva, li permezz tagħha jiġi stabbilit jekk l-operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-data jinvolvux riskju jew riskju għoli.
(77) Il-gwida dwar l-implimentazzjoni ta' miżuri xierqa u dwar kif tintwera l-konformità mill-kontrollur jew il-proċessur, speċjalment fir-rigward tal-identifikazzjoni tar-riskju relatat mal-ipproċessar, il-valutazzjoni tagħhom f'termini ta' oriġini, natura, probabbiltà u gravità, u l-identifikazzjoni tal-aħjar prattiki biex jittaffa r-riskju, tista' tingħata, b'mod partikolari, permezz ta' kodiċijiet approvati tal-kondotta, ċertifikazzjonijiet approvati, linji gwida tal-Bord jew indikazzjonijiet mogħtija minn uffiċjal għall-protezzjoni tad-data. Il-Bord jista' wkoll joħroġ linji gwida dwar operazzjonijiet ta' pproċessar li huma kkunsidrati bħala li probabbli ma jirriżultawx f'riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet ta' persuni fiżiċi u jindikaw liema miżuri jistgħu jkunu biżżejjed f'dawn il-każijiet biex jindirizzaw tali riskju.
(83) Sabiex iżomm is-sigurtà u jipprevjeni l-ipproċessar li jikser dan ir-Regolament, il-kontrollur jew il-proċessur għandu jevalwa r-riskji inerenti fl-ipproċessar u jimplimenta miżuri sabiex itaffi dawk ir-riskji, bħall-kriptaġġ. Dawn il-miżuri għandhom jiżguraw livell adatt ta' sigurtà, inkluża kunfidenzjalità, filwaqt li jikkunsidraw l-ogħla livell ta' żvilupp tekniku u l-ispejjeż tal-implimentazzjoni b'rabta mar-riskji u n-natura tad-data personali li għandha tkun protetta. Fil-valutazzjoni tar-riskju tas-sigurtà tad-data, għandha tingħata konsiderazzjoni lir-riskji li huma ppreżentati mill-ipproċessar tad-data personali, bħall-qerda, telf, bidla, żvelar mhux awtorizzat ta', jew aċċess għal data personali trażmessa, maħżuna jew ipproċessata b'xi mod ieħor, li jkun aċċidentali jew illegali, li jista' b'mod partikolari jwassal għal dannu fiżika, materjali jew mhux materjali.
(EN)
CJEU, Unabhängiges Landeszentrum für Datenschutz Schleswig-Holstein/Wirtschaftsakademie Schleswig-Holstein GmbH, Opinion of Advocate General, C‑210/16 (2018).
CJEU, Unabhängiges Landeszentrum für Datenschutz Schleswig-Holstein/Wirtschaftsakademie Schleswig-Holstein GmbH, C‑210/16 (2018).
Belgian DPA Fines Belgian Telecommunications Provider for Several Data Protection Infringements, (2020). Brief description in English.
Article 29 Working Party, Opinion 1/2010 on the concepts of «controller» and «processor» (2010).
EDPB, Guidelines on the Concepts of Controller, Processor and Joint Controllership Under Regulation (EU) 2018/1725 (2019).
EDPB, Guidelines 7/2020 on the Concepts of Controller and Processor in the GDPR (2021).
(EN) ISO/IEC 27701, adopted in 2019, added additional ISO/IEC 27002 guidance for PII controllers.
Here is the relevant paragraph to article 24(1) GDPR:
7.2.8 Records related to processing PII
Control
The organization should determine and securely maintain the necessary records in support of its obligations for the processing of PII.
Implementation guidance
A way to maintain records of the processing of PII is to have an inventory or list of the PII processing activities that the organization performs.
(EN) […]
(EN) Sign in
to read the full text