Navigation
GDPR > Premessa 114
Download PDF

Premessa 114

(114) Fi kwalunkwe każ, fejn il-Kummissjoni ma tkun ħadet l-ebda deċiżjoni dwar il-livell adegwat ta’ protezzjoni tad-data f’pajjiż terz, il-kontrollur jew il-proċessur għandu juża soluzzjonijiet li jipprovdu lis-suġġetti tad-data bi drittijiet infurzabbli u effettivi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data tagħhom fl-Unjoni ladarba dik id-data tkun trasferita sabiex jibqgħu jgawdu mid-drittijiet fundamentali u s-salvagwardji.