Navigazzjoni
RĠPD (GDPR) > Artikolu 87. Ipproċessar tan-numru tal-identifikazzjoni nazzjonali
Download PDF

Artikolu 87 RĠPD (GDPR). Ipproċessar tan-numru tal-identifikazzjoni nazzjonali

L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw aktar il-kondizzjonijiet speċifiċi għall-ipproċessar ta’ numru tal-identifikazzjoni nazzjonali jew kwalunkwe identifikatur ieħor ta’ applikazzjoni ġenerali. F’dak il-każ in-numru tal-identifikazzjoni nazzjonali jew kwalunkwe identifikatur ieħor ta’ applikazzjoni ġenerali għandu jintuża biss taħt salvagwardji xierqa għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data skont dan ir-Regolament.