Navigation
GDPR > Premessa 111
Download PDF

Premessa 111

(111) Għandha tiġi prevista l-possibbiltà ta’ trasferimenti f’ċerti ċirkostanzi fejn is-suġġett tad-data jkun ta l-kunsens espliċitu tiegħu, fejn it-trasferiment ikun okkażjonali u neċessarju fir-rigward ta’ kuntratt jew talba legali, irrispettivament minn jekk dan ikunx fi proċedura ġudizzjarja jew fi proċedura amministrattiva jew extraġudizzjarja, inklużi proċeduri quddiem korpi regolatorji.

Għandha tkun prevista l-possibbiltà ta’ trasferimenti fejn dawn ikunu meħtieġa minn raġunijiet importanti ta’ interess pubbliku stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru jew fejn it-trasferiment isir minn reġistru stabbilit bil-liġi u maħsub għall-konsultazzjoni mill-pubbliku jew minn persuni li jkollhom interess leġittimu.

F’dan l-aħħar każ dan it-trasferiment ma għandux jinvolvi d-data personali kollha jew kategoriji sħaħ tad-data li tinsab fir-reġistru u, meta r-reġistru huwa maħsub għall-konsultazzjoni mill-pubbliku jew persuni li jkollhom interess leġittimu, it-trasferiment għandu jsir biss fuq it-talba ta’ dawk il-persuni jew, jekk sejrin ikunu r-riċevituri, filwaqt illi jitqiesu għalkollox l-interessi u d-drittijiet fundamentali tas-suġġett tad-data.