1. Il-Bord għandu jiżgura l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament. Għal dak il-għan, il-Bord għandu b’mod partikolari, fuq inizjattiva tiegħu stess jew, fejn rilevanti, fuq talba tal-Kummissjoni:
(b) jagħti parir lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-protezzjoni tad-data personali fl-Unjoni, inkluż dwar kwalunkwe emenda proposta għal dan ir-Regolament;
(c) jagħti parir lill-Kummissjoni dwar il-format u l-proċeduri għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-kontrolluri, il-proċessuri u l-awtoritajiet superviżorji għar-regoli korporattivi vinkolanti;
(e) jeżamina, fuq inizjattiva tiegħu stess, fuq talba ta’ wieħed mill-membri tiegħu jew fuq talba tal-Kummissjoni, kwalunkwe kwistjoni li tkopri l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki sabiex jinkoraġġixxi l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament;
(g) joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki f’konformità mal-punt (e) ta’ dan il-paragrafu għall-istabbiliment tal-ksur tad-data personali u d-determinazzjoni tad-dewmien żejjed imsemmi fl-Artikolu 33(1) u (2) u għaċ-ċirkostanzi partikolari li fihom kontrollur jew proċessur ikun meħtieġ jinnotifika il-ksur ta’ data personali;
(i) joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki f’konformità mal-punt (e) ta’ dan il-paragrafu għall-fini tal-ispeċifikar ulterjuri tal-kriterji u r-rekwiżiti għat-trasferimenti ta’ data personali bbażati fuq regoli korporattivi vinkolanti osservati mill-kontrolluri u regoli korporattivi vinkolanti osservati mill-proċessuri u fuq rekwiżiti meħtieġa oħra biex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-data personali tas-suġġetti tad-data kkonċernati msemmija fl-Artikolu 47;
(l) jirrieżamina l-applikazzjoni prattika tal-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki msemmija fil-punti (e) u (f);
(s) jipprovdi lill-Kummissjoni b’opinjoni biex tiġi valutata l-adegwatezza tal-livell ta’ protezzjoni f’pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali, inkluż għall-valutazzjoni jekk pajjiż terz jew territorju jew settur speċifikat wieħed jew aktar f’dak il-pajjiż terz, jew organizzazzjoni internazzjonali ikunux għadhom jiżguraw livell ta’ protezzjoni adegwat. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Bord d-dokumentazzjoni meħtieġa kollha, inkluża korrispondenza mal-gvern tal-pajjiż terz, fir-rigward ta’ dak il-pajjiż terz, territorju jew settur speċifikat, jew mal-organizzazzjoni internazzjonali.
(t) joħroġ opinjonijiet dwar abbozzi ta’ deċiżjonijiet ta’ awtoritajiet superviżorji skont il-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi fl-Artikolu 64(1), dwar kwistjonijiet sottomessi skont l-Artikolu 64(2) u joħroġ deċiżjonijiet vinkolanti skont l-Artikolu 65, inklużi dawk fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 66;
(u) jippromwovi l-kooperazzjoni u l-iskambju bilaterali u multilaterali effettiv ta’ informazzjoni u l-aħjar prattiki bejn l-awtoritajiet superviżorji;
(v) jippromwovi programmi ta’ taħriġ komuni u jiffaċilita l-iskambji ta’ persunal bejn l-awtoritajiet superviżorji u, fejn xieraq, mal-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi jew mal-organizzazzjonijiet internazzjonali;
(w) jippromwovi l-iskambju ta’ għarfien u dokumentazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni u l-prattika dwar il-protezzjoni tad-data ma’ awtoritajiet superviżorji tal-protezzjoni tad-data fid-dinja kollha.
(y) iżomm reġistru elettroniku aċċessibbli għall-pubbliku ta’ deċiżjonijiet meħuda minn awtoritajiet superviżorji u qrati dwar kwistjonijiet ttrattati fil-mekkaniżmu ta’ konsistenza.
2. Fejn il-Kummissjoni titlob parir mill-Bord, hija tista’ tindika limitu ta’ żmien, filwaqt li tieħu kont tal-urġenza tal-kwistjoni.