Navigazzjoni
RĠPD (GDPR) > Artikolu 74. Kompiti tal-President
Download PDF

Artikolu 74 RĠPD (GDPR). Kompiti tal-President

1. Il-President għandu l-kompiti li ġejjin:

(a) ilaqqa’ l-laqgħat tal-Bord u jħejji l-aġenda tiegħu;

(b) jinnotifika d-deċiżjonijiet adottati mill-Bord skont l-Artikolu 58a lill-awtorità superviżorja ewlenija u lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati;

(c) jiżgura t-twettiq fil-ħin tal-kompiti tal-Bord, b’mod partikolari fir-rigward tal-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi fl-Artikolu 63.

Testi relatati

2. Il-Bord għandu jistabbilixxi l-allokazzjoni tal-kompiti bejn il-President u l-viċi presidenti fir-regoli ta’ proċedura tiegħu.