Navigazzjoni
RĠPD (GDPR) > Artikolu 84. Pieni
Download PDF

Artikolu 84 RĠPD (GDPR). Pieni

1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar il-pieni oħrajn applikabbli għal ksur ta’ dan ir-Regolament b’mod partikolari għal ksur li ma jkunx soġġett għal multi amministrattivi skont l-Artikolu 83, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Tali pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Testi relatati

2. Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar dawk id-dispożizzjonijiet tal-liġi tiegħu li jadotta skont il-paragrafu 1, sal-25 ta’ Mejju 2018 u, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

Premessi Ħalli kumment
Premessi

(149) L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu r-regoli dwar pieni kriminali għal ksur ta' dan ir-Regolament, inkluż għal ksur ta' regoli nazzjonali adottati skont il-limiti ta' dan ir-Regolament u fi ħdanhom. Dawk il-pieni kriminali jistgħu wkoll jippermettu li jinċaħdu l-profitti miksuba permezz ta' ksur ta' dan ir-Regolament. Madankollu, l-impożizzjoni ta' pieni kriminali għal ksur ta' tali regoli nazzjonali u ta' sanzjonijiet amministrattivi ma għandhiex twassal għal ksur tal-prinċipju ne bis in idem, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja.

(152) Fejn dan ir-Regolament ma jarmonizzax il-pieni amministrattivi jew fejn neċessarju f'każijiet oħra, pereżempju f'każijiet ta' ksur serju ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw sistema li tipprevedi pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi. In-natura ta' dawn il-pieni, kriminali jew amministrattivi, għandha tiġi ddeterminata mil-liġi tal-Istat Membru.

Ħalli kumment
[js-disqus]