(69) Fejn id-data personali tista' tiġi pproċessata legalment minħabba li huwa meħtieġ ipproċessar għat-twettiq ta' kompitu li jsir fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta' awtorità uffiċjali mogħtija lill-kontrollur, jew għal raġunijiet ta' interessi leġittimi ta' kontrollur jew parti terza, suġġett tad-data għandu, madankollu, jkun intitolat joġġezzjona għall-ipproċessar ta' kwalunkwe data personali relatata mas-sitwazzjoni partikolari tiegħu. Għandha tkun ir-responsabbiltà tal-kontrollur li juri li l-interess leġittimu konvinċenti tiegħu jegħleb l-interessi jew id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-data.
(EN)