Navigazzjoni
Download PDF

Premessa 66

(66) Sabiex jissaħħaħ id-“dritt li tintnesa” fl-ambjent online, id-dritt għat-tħassir għandu jkun estiż ukoll b’mod li kontrollur li jkun għamel id-data personali pubblika għandu jkun obbligat li jinforma lill-kontrolluri li jipproċessaw tali data personali biex iħassru kwalunkwe link għal, jew kopja jew replika ta’, dik id-data personali.

Meta jagħmel dan, dak il-kontrollur għandu jieħu passi raġonevoli, b’kont tat-teknoloġija disponibbli u l-mezzi disponibbli għall-kontrollur, inklużi miżuri tekniċi, biex jinforma lill-kontrolluri li jipproċessaw id-data bit-talba tas-suġġett tad-data.