Navigazzjoni
Download PDF

Premessa 138

(138) L-applikazzjoni ta’ tali mekkaniżmu għandha tkun kondizzjoni għal-legalità ta’ miżura maħsuba biex tipproduċi effetti legali minn awtorità superviżorja f’dawk il-każijiet fejn l-applikazzjoni tiegħu tkun obbligatorja.

F’każijiet oħra ta’ rilevanza transkonfinali, għandu jiġi applikat il-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni bejn l-awtorità superviżorja ewlenija u l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati u bejn l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati jista’ jkun hemm assistenza reċiproka u attivitajiet konġunti fuq bażi bilaterali jew multilaterali mingħajr ma jiġi attivat il-mekkaniżmu ta’ konsistenza.