Navigazzjoni
Download PDF

Premessa 135

(135) Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament fl-Unjoni kollha, għandu jkun stabbilit mekkaniżmu ta’ konsistenza għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji.

Dak il-mekkaniżmu għandu japplika b’mod partikolari fejn awtorità superviżorja ikollha l-intenzjoni li tadotta miżura maħsuba biex tipproduċi effetti legali fir-rigward tal-attivitajiet ta’ pproċessar li jaffettwaw sostanzjalment għadd sinifikanti ta’ suġġetti tad-data f’diversi Stati Membri.

Għandu japplika wkoll fejn kwalunkwe awtorità superviżorja kkonċernata jew il-Kummissjoni titlob li tali materja għandha tiġi ttrattata fil-mekkaniżmu ta’ konsistenza.

Dak il-mekkaniżmu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura li l-Kummissjoni tista’ tieħu fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħha skont it-Trattati.