Navigazzjoni
Download PDF

Premessa 120

(120) Kull awtorità superviżorja għandha tingħata r-riżorsi finanzjarji u umani, bini u infrastruttura li jkunu meħtieġa għat-twettiq effettiv tal-kompiti tagħha, inklużi dawk relatati mal-assistenza reċiproka u l-kooperazzjoni ma’ awtoritajiet superviżorji oħrajn fl-Unjoni kollha.

Kull awtorità superviżorja għandu jkollha baġit annwali pubbliku separat, li jista’ jagħmel parti mill-baġit globali tal-istat jew nazzjonali.