Navigazzjoni
Download PDF

Premessa 117

(117) L-istabbiliment ta’ awtoritajiet superviżorji fl-Istati Membri, bis-setgħa li jwettqu l-kompiti tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b’indipendenza sħiħa, huwa komponent essenzjali tal-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali tagħhom.

L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu aktar minn awtorità superviżorja waħda, sabiex jirriflettu l-istruttura kostituzzjonali, organizzattiva u amministrattiva tagħhom.