Navigation
GDPR > Premessa 170
Download PDF

Premessa 170

(170) Minħabba li l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jkun żgurat livell ugwali ta’ protezzjoni tal-persuni fiżiċi u l-fluss liberu ta’ data personali fl-Unjoni kollha, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE).

F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir- Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan.