Navigation
GDPR > Premessa 152
Download PDF

Premessa 152

(152) Fejn dan ir-Regolament ma jarmonizzax il-pieni amministrattivi jew fejn neċessarju f’każijiet oħra, pereżempju f’każijiet ta’ ksur serju ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw sistema li tipprevedi pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi.

In-natura ta’ dawn il-pieni, kriminali jew amministrattivi, għandha tiġi ddeterminata mil-liġi tal-Istat Membru.