Навигация
GDPR > Artikolu 70. Kompiti tal-Bord
Изтегляне на PDF

Artikolu 70 RĠPD (GDPR). Kompiti tal-Bord

1. Il-Bord għandu jiżgura l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament. Għal dak il-għan, il-Bord għandu b’mod partikolari, fuq inizjattiva tiegħu stess jew, fejn rilevanti, fuq talba tal-Kummissjoni:

(a) jimmonitorja u jiżgura l-applikazzjoni korretta ta’ dan ir-Regolament fil-każijiet previsti fl-Artikoli 64 u 65 mingħajr preġudizzju għall-kompiti ta’ awtoritajiet superviżorji nazzjonali;

(b) jagħti parir lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-protezzjoni tad-data personali fl-Unjoni, inkluż dwar kwalunkwe emenda proposta għal dan ir-Regolament;

(c) jagħti parir lill-Kummissjoni dwar il-format u l-proċeduri għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-kontrolluri, il-proċessuri u l-awtoritajiet superviżorji għar-regoli korporattivi vinkolanti;

(d) joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet, u l-aħjar prattiki dwar proċeduri għat-tħassir ta’ links, kopji jew repliki ta’ data personali minn servizzi ta’ komunikazzjoni disponibbli għall-pubbliku kif imsemmi fl-Artikolu 17(2);

Свързани статии

(e) jeżamina, fuq inizjattiva tiegħu stess, fuq talba ta’ wieħed mill-membri tiegħu jew fuq talba tal-Kummissjoni, kwalunkwe kwistjoni li tkopri l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki sabiex jinkoraġġixxi l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament;

(f) joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet, u l-aħjar prattiki f’konformità mal-punt (e) ta’ dan il-paragrafu għall-ispeċifikar ulterjuri tal-kriterji u l-kondizzjonijiet għal deċiżjonijiet ibbażati fuq it-tfassil ta’ profili skont l-Artikolu 22(2);

Свързани статии

(g) joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki f’konformità mal-punt (e) ta’ dan il-paragrafu għall-istabbiliment tal-ksur tad-data personali u d-determinazzjoni tad-dewmien żejjed imsemmi fl-Artikolu 33(1) u (2) u għaċ-ċirkostanzi partikolari li fihom kontrollur jew proċessur ikun meħtieġ jinnotifika il-ksur ta’ data personali;

Свързани статии

(h) joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki f’konformità mal-punt (e) ta’ dan il-paragrafu fir-rigward taċ-ċirkostanzi li fihom ksur tad-data personali x’aktarx li jirriżulta f’riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 34(1).

Свързани статии

(i) joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki f’konformità mal-punt (e) ta’ dan il-paragrafu għall-fini tal-ispeċifikar ulterjuri tal-kriterji u r-rekwiżiti għat-trasferimenti ta’ data personali bbażati fuq regoli korporattivi vinkolanti osservati mill-kontrolluri u regoli korporattivi vinkolanti osservati mill-proċessuri u fuq rekwiżiti meħtieġa oħra biex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-data personali tas-suġġetti tad-data kkonċernati msemmija fl-Artikolu 47;

(j) joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki f’konformità mal-punt (e) ta’ dan il-paragrafu għall-fini tal-ispeċifikar ulterjuri tal-kriterji u r-rekwiżiti għat-trasferimenti ta’ data personali abbażi tal-Artikolu 49(1);

Свързани статии

(k) ifassal linji gwida għall-awtoritajiet superviżorji dwar l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 58(1), (2) u (3) u l-istabbiliment ta’ multi amministrattivi skont l-Artikolu 83;

Свързани статии

(l) jirrieżamina l-applikazzjoni prattika tal-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki msemmija fil-punti (e) u (f);

(m) joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki f’konformità mal-punt (e) ta’ dan il-paragrafu għall-istabbiliment ta’ proċeduri komuni għar-rappurtar minn persuni fiżiċi ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 54(2);

Свързани статии

(n) jinkoraġġixxi t-tfassil ta’ kodiċi ta’ kondotta u t-twaqqif ta’ mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni għall-protezzjoni tad-data u siġilli u marki għall-protezzjoni tad-data skont l-Artikoli 40 u 42;

(o) iwettaq l-akkreditazzjoni ta’ korpi ta’ ċertifikazzjoni u r-rieżami perjodiku tiegħu skont l-Artikolu 43 u jżomm reġistru pubbliku ta’ korpi akkreditati skont l-Artikolu 43(6) u tal-kontrolluri jew il-proċessuri akkreditati stabbiliti f’pajjiżi terzi skont l-Artikolu 42(7);

Свързани статии

(p) jispeċifika r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 43(3) bil-ħsieb tal-akkreditazzjoni ta’ korpi ta’ ċertifikazzjoni taħt l-Artikolu 42;

Свързани статии

(q) jipprovdi lill-Kummissjoni b’opinjoni dwar ir-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 43(8);

Свързани статии

(r) jipprovdi lill-Kummissjoni b’opinjoni dwar l-ikoni msemmija fl-Artikolu 12(7);

Свързани статии

(s) jipprovdi lill-Kummissjoni b’opinjoni biex tiġi valutata l-adegwatezza tal-livell ta’ protezzjoni f’pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali, inkluż għall-valutazzjoni jekk pajjiż terz jew territorju jew settur speċifikat wieħed jew aktar f’dak il-pajjiż terz, jew organizzazzjoni internazzjonali ikunux għadhom jiżguraw livell ta’ protezzjoni adegwat. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Bord d-dokumentazzjoni meħtieġa kollha, inkluża korrispondenza mal-gvern tal-pajjiż terz, fir-rigward ta’ dak il-pajjiż terz, territorju jew settur speċifikat, jew mal-organizzazzjoni internazzjonali.

(t) joħroġ opinjonijiet dwar abbozzi ta’ deċiżjonijiet ta’ awtoritajiet superviżorji skont il-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi fl-Artikolu 64(1), dwar kwistjonijiet sottomessi skont l-Artikolu 64(2) u joħroġ deċiżjonijiet vinkolanti skont l-Artikolu 65, inklużi dawk fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 66;

Свързани статии

(u) jippromwovi l-kooperazzjoni u l-iskambju bilaterali u multilaterali effettiv ta’ informazzjoni u l-aħjar prattiki bejn l-awtoritajiet superviżorji;

(v) jippromwovi programmi ta’ taħriġ komuni u jiffaċilita l-iskambji ta’ persunal bejn l-awtoritajiet superviżorji u, fejn xieraq, mal-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi jew mal-organizzazzjonijiet internazzjonali;

(w) jippromwovi l-iskambju ta’ għarfien u dokumentazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni u l-prattika dwar il-protezzjoni tad-data ma’ awtoritajiet superviżorji tal-protezzjoni tad-data fid-dinja kollha.

(x) joħroġ opinjonijiet dwar il-kodiċijiet ta’ kondotta mfassla fil-livell tal-Unjoni skont l-Artikolu 40(9); u

Свързани статии

(y) iżomm reġistru elettroniku aċċessibbli għall-pubbliku ta’ deċiżjonijiet meħuda minn awtoritajiet superviżorji u qrati dwar kwistjonijiet ttrattati fil-mekkaniżmu ta’ konsistenza.

2. Fejn il-Kummissjoni titlob parir mill-Bord, hija tista’ tindika limitu ta’ żmien, filwaqt li tieħu kont tal-urġenza tal-kwistjoni.

3. Il-Bord għandu jibgħat l-opinjonijiet, il-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet, u l-aħjar prattiki tiegħu lill-Kummissjoni u lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 93 u jagħmilhom pubbliċi.

Свързани статии

4. Il-Bord għandu, fejn xieraq, jikkonsulta l-partijiet interessati u jagħtihom l-opportunità li jikkummentaw f’perijodu ta’ żmien raġonevoli. Il-Bord għandu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 76, jagħmel disponibbli għall-pubbliku r-riżultati tal-proċedura ta’ konsultazzjoni.

Свързани статии