Navigation
GDPR > Premessa 18
Download PDF

Premessa 18

(18) Dan ir-Regolament ma japplikax għall-ipproċessar ta’ data personali minn persuna fiżika matul attività purament personali jew fid-dar u għalhekk mingħajr ebda rabta ma’ attività professjonali jew kummerċjali.

L-attivitajiet personali jew fid-dar jistgħu jinkludu korrispondenza u ż-żamma ta’ indirizzi, jew netwerking soċjali u attività online imwettqa fil-kuntest ta’ tali attivitajiet.

Madankollu, dan ir-Regolament japplika għal kontrolluri jew proċessuri li jipprovdu l-mezzi għall-ipproċessar tad-data personali għal tali attivitajiet personali jew fid-dar.