Navigation
GDPR > Premessa 17
Download PDF

Premessa 17

(17) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) japplika għall-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni.

Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u atti legali oħrajn tal-Unjoni applikabbli għal tali pproċessar tad-data personali għandhom jiġu adattati għall-prinċipji u r-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament u applikati fid-dawl ta’ dan ir-Regolament.

Sabiex ikun hemm qafas b’saħħtu u koerenti għall-protezzjoni tad-data fl-Unjoni, l-adattamenti meħtieġa tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandhom jiġu wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, biex ikun hemm applikazzjoni fl-istess ħin bħal dan ir-Regolament.

(6) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1). https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/AUTO/?uri=OJ:L:2001:008:TOC