Navigation
GDPR > Premessa 15
Download PDF

Premessa 15

(15) Sabiex il-ħolqien ta’ riskju serju ta’ ċirkomvenzjoni jiġi preventit, il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi għandha tkun teknoloġikament newtrali u ma għandhiex tistrieħ fuq it-tekniki użati.

Il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi għandha tapplika għall-ipproċessar tad-data personali b’mezzi awtomatizzati kif ukoll għall-ipproċessar manwali, jekk id-data personali titqiegħed jew tkun maħsuba biex titqiegħed f’sistema ta’ arkivjar.

Il-fajls jew settijiet ta’ fajls, kif ukoll il-qoxra ta’ barra tagħhom, li ma jkunux strutturati skont kriterji speċifiċi, m’għandhomx jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.