Navigation
GDPR > Premessa 22
Download PDF

Premessa 22

(22) Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ stabbiliment ta’ kontrollur jew proċessur fl-Unjoni għandu jsir f’konformità ma’ dan ir-Regolament, irrispettivament minn jekk l-ipproċessar innifsu jseħħx fl-Unjoni jew le.

L-istabbiliment jimplika l-eżerċizzju effettiv u reali ta’ attività permezz ta’ arranġamenti stabbli.

Il-forma legali ta’ dawn l-arranġamenti, sew jekk permezz ta’ fergħa jew sussidjarja b’personalità ġuridika, mhijiex il-fattur determinanti f’dak ir-rigward.