Navigation
GDPR > Premessa 24
Download PDF

Premessa 24

(24) L-ipproċessar ta’ data personali ta’ suġġetti tad-data li jinsabu fl-Unjoni minn kontrollur jew proċessur mhux stabbilit fl-Unjoni għandu wkoll ikun soġġett għal dan ir-Regolament meta jkun relatat mal-monitoraġġ tal-imġiba ta’ tali suġġetti tad-data sa fejn l-imġiba tagħhom isseħħ fl-Unjoni.

Sabiex ikun iddeterminat jekk attività ta’ pproċessar tistax titqies li tissorvelja l-imġiba tas-suġġetti tad-data, għandu jkun aċċertat jekk il-persuni fiżiċi humiex segwiti fuq l-internet inkluż l-użu potenzjali sussegwenti ta’ tekniki ta’ pproċessar tad-data personali li jikkonsistu mit-tfassil ta’ profil ta’ peruna fiżika, b’mod partikolari sabiex jittieħdu deċiżjonijiet li jirrigwardawha jew għall-analiżi jew it-tbassir tal-preferenzi, l-imġiba u l-attitudnijiet personali tagħha.