Navigare
GDPR > Premessa 173
Descarcă PDF

Premessa 173

(173) Dan ir-Regolament għandu japplika għall-kwistjonijiet kollha li jirrigwardaw il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali vis-à-vis l-ipproċessar tad-data personali, li mhijiex soġġetta għal obbligi speċifiċi bl-istess għan stabbilit fid-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18), inkluż l-obbligi fuq il-kontrollur u d-drittijiet tal-persuni fiżiċi.

Sabiex tiġi ċċarata r-relazzjoni bejn dan ir-Regolament u d-Direttiva 2002/58/KE, dik id-Direttiva għandha tiġi emendata kif xieraq.

Ladarba dan ir-Regolament jiġi adottat, id-Direttiva 2002/58/KE għandha tiġi riveduta b’mod partikolari sabiex tiġi żgurata l-konsistenza ma’ dan ir-Regolament,

(18) Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p.37). https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/AUTO/?uri=OJ:L:2002:201:TOC