Навігація
GDPR > Artikolu 64. Opinjoni tal-Bord
Завантажити в PDF

Artikolu 64 RĠPD (GDPR). Opinjoni tal-Bord

1. Il-Bord għandu joħroġ opinjoni fejn awtorità superviżorja kompetenti tkun biħsiebha tadotta kwalunkwe waħda mill-miżuri hawn taħt. Għal dak il-għan, l-awtorità superviżorja kompetenti għandha tikkomunika l-abbozz ta’ deċiżjoni lill-Bord, meta hija:

(a) ikollha l-għan li tadotta lista tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar soġġetta għar-rekwiżit għal valutazzjoni tal-impatt tal-protezzjoni tad-data skont l-Artikolu 35(4);

Пов'язані норми

(b) tikkonċerna suġġett skont l-Artikolu 40(7) jekk abbozz ta’ kodiċi ta’ kondotta jew emenda jew estensjoni ta’ kodiċi ta’ kondotta jkunux konformit ma’ dan ir-Regolament;

Пов'язані норми

(c) ikollha l-għan li tapprova l-kriterji għall-akkreditazzjoni ta’ korp skont l-Artikolu 41(3) jew korp ta’ ċertifikazzjoni skont l-Artikolu 43(3);

Пов'язані норми

(d) ikollha l-għan li tiddetermina l-klawżoli standard ta’ protezzjoni tad-data msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 46(2) u fl-Artikolu 28(8);

Пов'язані норми

(e) ikollha l-għan li tawtorizza l-klawżoli kuntrattwali msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 46(3); jew

Пов'язані норми

(f) ikollha l-għan li tapprova regoli korporattivi vinkolanti fis-sens tal-Artikolu 47.

2. Kwalunkwe awtorità superviżorja, il-President tal-Bord jew il-Kummissjoni tista’ titlob li kwalunkwe kwistjoni ta’ applikazzjoni ġenerali jew li jkollha effetti f’aktar minn Stat Membru wieħed tiġi eżaminata mill-Bord bil-ħsieb li tinkiseb opinjoni, b’mod partikolari fejn awtorità superviżorja kompetenti ma tkunx f’konformità mal-obbligi ta’ assistenza reċiproka f’konformità mal-Artikolu 61 jew għal operazzjonijiet konġunti f’konformità mal-Artikolu 62.

Пов'язані норми

3. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-Bord għandu joħroġ opinjoni dwar is-suġġett sottomess lilu dment li ma jkunx diġà ħareġ opinjoni dwar l-istess suġġett. Dik l-opinjoni għandha tiġi adottata fi żmien tmien ġimgħat b’maġġoranza sempliċi tal-membri tal-Bord. Dak il-perijodu jista’ jiġi estiż b’sitt ġimgħat oħra, filwaqt li jittieħed kont tal-kumplessità tas-suġġett. Fir-rigward tal-abbozz ta’ deċiżjoni msemmi fil-paragrafu 1 iċċirkolat lill-membri tal-Bord f’konformità mal-paragrafu 5, membru li ma jkunx oġġezzjona f’perijodu raġonevoli indikat mill-President għandu jitqies li jkun qabel mal-abbozz ta’ deċiżjoni.

4. L-awtoritajiet superviżorji u l-Kummissjoni għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jikkomunikaw b’mod elettroniku lill-Bord, bl-użu ta’ format standardizzat kwalunkwe informazzjoni rilevanti, inkluż skont kif ikun il-każ sommarju tal-fatti, l-abbozz ta’ deċiżjoni, ir-raġunijiet li jagħmlu l-mogħdija ta’ tali miżura meħtieġa, u l-fehmiet ta’ awtoritajiet superviżorji kkonċernati oħra.

5. Il-President tal-Bord għandu, mingħajr dewmien żejjed, jinforma b’mod elettroniku:

(a) lill-membri tal-Bord u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe informazzjoni rilevanti li tkun ġiet ikkomunikata lilu bl-użu ta’ format standardizzat. Is-segretarjat tal-Bord għandu jipprovdi, fejn meħtieġ, traduzzjonijiet ta’ informazzjoni rilevanti; u

(b) lill-awtorità superviżorja msemmija, skont kif ikun il-każ, fil-paragrafi 1 u 2, u lill-Kummissjoni dwar l-opinjoni u jagħmilha pubblika.

6. L-awtorità superviżorja kompetenti ma għandhiex tadotta l-abbozz ta’ deċiżjoni tagħha msemmi fil-paragrafu 1 fil-perijodu msemmi fil-paragrafu 3.

7. L-awtorità superviżorja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tieħu kont bl-akbar reqqa tal-opinjoni tal-Bord u fi żmien ġimagħtejn wara li tirċievi l-opinjoni, għandha tikkomunika lill-President tal-Bord b’mod elettroniku jekk ser iżżomm jew temenda l-abbozz ta’ deċiżjoni tagħha u, jekk ikun hemm, l-abbozz emendat ta’ deċiżjoni, bl-użu ta’ format standardizzat.

8. Fejn l-awtorità superviżorja kkonċernata tinforma lill-President tal-Bord fil-perijodu msemmi fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu li hija ma tkunx biħsiebha ssegwi, b’mod sħiħ jew parzjali, l-opinjoni tal-Bord, filwaqt li tagħti r-raġunijiet rilevanti, għandu japplika l-Artikolu 65(1).

Пов'язані норми
Преамбули Залишити коментар
Преамбули

(136) Fl-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta' konsistenza, il-Bord għandu joħroġ opinjoni, f'perijodu ta' żmien stabbilit, jekk dan jiġi deċiż mill-maġġoranza tal-membri tiegħu jew jekk jintalab jagħmel dan minn kwalunkwe awtorità superviżorja kkonċernata jew mill-Kummissjoni. Il-Bord għandu jkollu wkoll is-setgħa li jadotta deċiżjonijiet legalment vinkolanti fejn ikun hemm tilwim bejn l-awtoritajiet superviżorji. Għal dak il-għan, huwa għandu joħroġ, fil-prinċipju b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu, deċiżjonijiet legalment vinkolanti f'każijiet speċifikati b'mod ċar fejn ikun hemm fehmiet konfliġġenti fost l-awtoritajiet superviżorji, b'mod partikolari fil-mekkaniżmu ta' kooperazzjoni bejn l-awtorità superviżorja ewlenija u l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati dwar il-merti tal-każ, b'mod partikolari jekk kienx hemm ksur ta' dan ir-Regolament.

Залишити коментар
[js-disqus]